Wieħed mill-istudenti li jattendi l-iSkola tal-Arti fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Malta ġie elenkat fost wieħed minn 25 fil-fażi tal-finali, minn fost 160 sottomissjoni f’kompetizzjoni organizzata minn Heritage Malta għal tfal bejn l-erba’ snin u s-sittax –il sena, ‘Be the Artist’ (Kun l-Artist)
Jacob Grech Mallia, li għandu 9 snin, huwa wieħed mill-finalisti. Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jixtieq irodd ħajr lis-Sra Mirjana Batinić u l-istaff kollu tal-iskola tal-Arti f’Malta.
Ir-rebbieħa jkunu magħrufa fil-ġimgħat li ġejjin. Is-sottomissjonijiet rebbieħa se jkunu eżibiti waqt wirja onlajn u f’MUŻA, il-mużew tal-arti tal-komunita` f’Malta.
l-iskola toffri firxa wiesa’ ta’ korsijiet, kemm dawk formali kif ukoll dawk informali, mfasslin biex jilħqu firxa wiesa’ ta’ studenti differenti b’talenti u ħiliet differenti. L-għan tal-iskola hu li titrawwem l-innovazzjoni fi ħdan qafas ibbażat fuq l-inklussivita`, il-kooperazzjoni u l-edukazzjoni interdixxiplinarja. L-għan tal-iskola hu li din toħloq ċentru għal komunità` artistika msejsa fir-riċerka mmexxija mill-prattika. Informazzjoni dwar korsijiet relatati mal-arti offruti kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti dalwaqt se tkun disponibbli fuq il-websajt tal-Iskola u l-Kulleġġ: http://art.mikielantonvassallicollege.gov.mt/