Il-Maskerat – Inizzjattiva konġunta bejn l-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u Festivals Malta

Nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Frar, żewġ edukaturi mill-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, is-Sra. Sephora Borg u s-Sur. Matthew Pandolfino ħadu l-inizzjattiva sabiex jikkollaboraw ma’ Festivals Malta u jorganiżżaw numru ta’ avvenimenti relatati mal-festi tal-Karnival u jtellgħu wirja bl-isem ta’, ‘Il-Maskerat’.    Il-wirja infetħet uffiċċjalment mis-Segretarju permanenti s-Sur Matthew Vella, u turi bċejjeċ tal-arti li nħolqu minn studenti […]

23 February |

L-iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva t’Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli tieħu sehem fil-Gozo Arts Weekend

Ix-xena kulturali vibranti t’Għawdex ħadet il-ħajja matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Jannar, hekk kif kienet fiċ-ċentru tal-attenzjoni it-tielet edizzjoni tal-Gozo Arts Weekend. Din is-sena, l-attenzjoni kollha nxteħtet fuq l-artist rinomat Għawdxi, il-Kavallier Paolo Camilleri Cauchi. magħruf għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lill-knejjes lokali, isem il-Kav. Paolo Camilleri Cauchi huwa sinonimu max-xenarju artistiku għani ta’ Għawdex.  Bħala karatteristika speċjali tal-Gozo […]

X’inhu jiġri ġewwa l-Iskola tad-Drama & d-Danza fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli? Studenti tad-Drama f’diversi livelli inpenjati bis-sħiħ f’ħidmietho

Għal dawk fostkom li tistgħu tkunu qed taħsbu x’ikun qed jiġri waqt il-lezzjonijiet tad-drama li jseħħu ġewwa l-Iskola tad-Danza u d-Drama fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli Malta ġewwa l-Blata l-Bajda; ix-xhur li għaddew u f’dawk li ġejjin, kienu xhur ta’ ħidma kbira bi tħejjija għal proġetti iżgħar li raw bidu tagħhom lejn l-aħħar tal-ewwel […]

24 January |

“Over the Wall” ġewwa l-Iskola tad-Drama & d-Danza fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

Fil-prestazzjoni tat-tmiem tal-ewwel term, studenti tal-Livell 3 tal-MQF immexxija mis-Sra. Marvic Doughty ddeċiedew li jipprestaw ir-reċta “Over the Wall” ta’ James Saunders.  Ir-reċta taħt il-ġeneru tat-Teatru tal-Assurd, b’hekk l-istudenti ġew introdotti għal ġeneru li qatt ma kienu esperjenzaw qabel.  “Over the Wall“, li kien stampat għall-ewwel darba fis-sena 1977,  tinkludi Narratur li jirrakkonta l-istorja , […]

Opportunita għal Studenti fl-iskejjel Medja u Sekondarji sabiex jitgħallmu u jieħdu sehem fi produzzjoni Multidixxiplinarja

Ta’ kull sena, il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC) itella’ produzzjoni multidixxiplinarja li tinvolvi professjonisti u  studenti li jaħdmu u jipprestaw flimkien. Fis-sena 2022,  il-Kulleġġ kien il-moħħ wara l-produzzjoni tal-Opera – Film (BLAT – the Island Fortress) u fis-sena 2023 il-produzzjoni ta’ biċċiet minn opri miktubin minn kompożituri Maltin.  Għal Mejju 2024, sejrin niffukaw fuq drama bil-mużika u […]

Wirja – Il-Maskerat

Sejra tittella’ wirja bit-titlu il-Maskerat  ġewwa l-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Ix-xogħlijiet , minn studenti li qegħdin isegwu proġett ibbażat fuq tematika  3D immexxi mis-Sra Sephora Borg u s-Sur Matthew Pandolfino se jesplora kif dawn l-istudenti, bejn it-tnax u t-tlettax -il sena, iħarsu lejn dan l-aspett tal-Karnival.  L-esebiti jinkludu il-kartapesta tradizzjonali, u drapp […]

Ġawhar Misjub – Discovered Gems 

Dawn huma tassew ġawhar! Hu tassew mill-ġdid pjaċir tiegħi li nippreżenta produzzjoni oħra tal-Kulleġġ bl-isforzi u l-kontribut tal-iskejjel speċjalizzati tal-iskejjel tal-arti viżiva u performattiva (skejjel tad-Drama, Danza, Mużika u Arti) permezz tal-pjattaforma artistika Belt ilBniedem u din id-darba bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan tal-Katridral tal-Imdina.  Wara l-produzzjoni tal-ewwel OperaFilm bil-Malti BLAT – The Island Fortress, li ħarġet f’Ġunju tal-2022, issa qegħdin […]

Il-kollaborazzjoni bejn Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u l-Aġenzija Żgħażagħ li tfaħħret ġewwa l-Belġju.

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli inkluda lill-Aġenzija Żgħażagħ sabiex din l-aġenzija tattendi l-avveniment finali tal-European Accessible Sustainable Young (EASY)Towns II – proġett ta’ mobiltà b’fondi tal-Programm Ewropew “Europe for Citizens”. Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli kien irrapreżentat mill-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ Victor Galea u Dr Reuben Pace għalliem/kompożitur fi ħdan dan il-Kulleġġ għall-arti. Preżenti wkoll kienu l-istudent tal-vuċi klassika s-Sur Angelo […]

7 October |

BLAT: The Island Fortress – Trailer tal-Opera-Film

Ninsabu f’Marzu tas-sena 1940, b’nofs l-Ewropa imdaħħla sew fil-gwerra bejn l-allejati u l-Axis imam s’issa Malta għadha meħlusa mill-kefrija tal-gwerra. Madeleine, tfajla li ġejja minn klassi medja u li tgħix il-belt Valletta issir tħobb lil Marco, taljan li huwa faxxist ferventi u dan joħloq problemi ma’ missier Madeliene peress li dan tal-aħħar huwa imperjalist akkanit. […]

20 May |