“Over the Wall” ġewwa l-Iskola tad-Drama & d-Danza fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

Fil-prestazzjoni tat-tmiem tal-ewwel term, studenti tal-Livell 3 tal-MQF immexxija mis-Sra. Marvic Doughty ddeċiedew li jipprestaw ir-reċta “Over the Wall” ta’ James Saunders.

 
Ir-reċta taħt il-ġeneru tat-Teatru tal-Assurd, b’hekk l-istudenti ġew introdotti għal ġeneru li qatt ma kienu esperjenzaw qabel.  “Over the Wall“, li kien stampat għall-ewwel darba fis-sena 1977,  tinkludi Narratur li jirrakkonta l-istorja , u l-iżolani li jirreċtawha, ta’ gżira b’ħajt imdawwar magħha.  Ħadd ma jaf jew jimportah min bnieh, għaliex inbena, jew x’hemm warajh– ħadd, ħa ngħidu hekk, ħlief wieħed raġel. 



Jistghu jieħdu sehem kwalunkwe numru ta’ karattri u b’hekk fir-rakkont ħadu sehem diversi studenti.  kienet biċċa xogħol tajba għall-istudenti kollha li kellhom parti indaqs u li setgħu jirrakkuntaw u jirreċtaw karattru.  L-istudenti tassew ħadu gost biha u kellhom ċans jagħtu l-ideat tagħhom fil-ħolqien tal-plott. 


L-istudenti immexxija mill-edukaturi tagħhom ħadmu fuqha għal xahrejn bis-sezzjonijiet tagħhom darbtejn fil-ġimgħa.