Sezzjonijiet ta’ Żvilupp Professjonali fl-MAVC skola tal-Arti Malta

Bejn il-15 u s-16 ta’ Frar ittellgħu jumejn intensivi ta’ żvilupp professjonali ġewwa l-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.  Qabel deda dan l-avveniment, li kien jikkonsisti f’werkxops prattiċi, l-Aġent Koordinatur taċ-Ċentru s-Sur Roderick Camilleri ta’ ħarsa lejn l-miri tal-iskola għal dawn is-sezzjonijiet u introduċa l-werkxops formattivi li kellhom l-għan li jappoġġjaw l-konnessjonijiet tat-tim, filwaqt li […]

23 February |

Il-Maskerat – Inizzjattiva konġunta bejn l-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u Festivals Malta

Nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Frar, żewġ edukaturi mill-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, is-Sra. Sephora Borg u s-Sur. Matthew Pandolfino ħadu l-inizzjattiva sabiex jikkollaboraw ma’ Festivals Malta u jorganiżżaw numru ta’ avvenimenti relatati mal-festi tal-Karnival u jtellgħu wirja bl-isem ta’, ‘Il-Maskerat’.    Il-wirja infetħet uffiċċjalment mis-Segretarju permanenti s-Sur Matthew Vella, u turi bċejjeċ tal-arti li nħolqu minn studenti […]

L-iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva t’Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli tieħu sehem fil-Gozo Arts Weekend

Ix-xena kulturali vibranti t’Għawdex ħadet il-ħajja matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Jannar, hekk kif kienet fiċ-ċentru tal-attenzjoni it-tielet edizzjoni tal-Gozo Arts Weekend. Din is-sena, l-attenzjoni kollha nxteħtet fuq l-artist rinomat Għawdxi, il-Kavallier Paolo Camilleri Cauchi. magħruf għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lill-knejjes lokali, isem il-Kav. Paolo Camilleri Cauchi huwa sinonimu max-xenarju artistiku għani ta’ Għawdex.  Bħala karatteristika speċjali tal-Gozo […]

X’inhu jiġri ġewwa l-Iskola tad-Drama & d-Danza fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli? Studenti tad-Drama f’diversi livelli inpenjati bis-sħiħ f’ħidmietho

Għal dawk fostkom li tistgħu tkunu qed taħsbu x’ikun qed jiġri waqt il-lezzjonijiet tad-drama li jseħħu ġewwa l-Iskola tad-Danza u d-Drama fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli Malta ġewwa l-Blata l-Bajda; ix-xhur li għaddew u f’dawk li ġejjin, kienu xhur ta’ ħidma kbira bi tħejjija għal proġetti iżgħar li raw bidu tagħhom lejn l-aħħar tal-ewwel […]

24 January |

“Over the Wall” ġewwa l-Iskola tad-Drama & d-Danza fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

Fil-prestazzjoni tat-tmiem tal-ewwel term, studenti tal-Livell 3 tal-MQF immexxija mis-Sra. Marvic Doughty ddeċiedew li jipprestaw ir-reċta “Over the Wall” ta’ James Saunders.  Ir-reċta taħt il-ġeneru tat-Teatru tal-Assurd, b’hekk l-istudenti ġew introdotti għal ġeneru li qatt ma kienu esperjenzaw qabel.  “Over the Wall“, li kien stampat għall-ewwel darba fis-sena 1977,  tinkludi Narratur li jirrakkonta l-istorja , […]

Paviment Multipurpose ġdid li se jiġi installat fl-Iskola tad-Drama u d-Danza f’Malta

Fix-xhur li ġejjin, f’wieħed mill-istudji li jintuża regolarment ġewwa l-Iskola tad-Drama u d-Danza f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ġewwa l-Blata l-Bajda se jkunu qed iseħħu diversi xogħolijiet estensivi meta il-paviment li hemm bħalissa se jinbidel b’wieħed iktar addattat għad-dixxiplini kollha li jseħħu fih għad-drama u d-dixxiplini varji taż-żfin bħalma huma il-ballet, il-flamenco u […]

|

Għotja ta’ Long plays u kotba dwar l-Arti lill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, għadu kemm ibbenefika minn għotja ta’ madwar 700 Long Plays. Dawn jikkonsistu f’diversi Opri, Bċejjeċ mill-Opri u  Mużika Klassika u rilessasanti minn għadd ġmielu ta’ kompożituri magħrufa bħalma huma Giuseppi Verdi, Wolfang Amadeus Mozart, Donizetti Wagner, Johann Sebastian Bach, Beethoven, Richard Wagner u bosta oħrajn. “Interessanti l-fatt li dawn il-long plays […]

22 January |

Opportunita għal Studenti fl-iskejjel Medja u Sekondarji sabiex jitgħallmu u jieħdu sehem fi produzzjoni Multidixxiplinarja

Ta’ kull sena, il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC) itella’ produzzjoni multidixxiplinarja li tinvolvi professjonisti u  studenti li jaħdmu u jipprestaw flimkien. Fis-sena 2022,  il-Kulleġġ kien il-moħħ wara l-produzzjoni tal-Opera – Film (BLAT – the Island Fortress) u fis-sena 2023 il-produzzjoni ta’ biċċiet minn opri miktubin minn kompożituri Maltin.  Għal Mejju 2024, sejrin niffukaw fuq drama bil-mużika u […]

Wirja – Il-Maskerat

Sejra tittella’ wirja bit-titlu il-Maskerat  ġewwa l-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Ix-xogħlijiet , minn studenti li qegħdin isegwu proġett ibbażat fuq tematika  3D immexxi mis-Sra Sephora Borg u s-Sur Matthew Pandolfino se jesplora kif dawn l-istudenti, bejn it-tnax u t-tlettax -il sena, iħarsu lejn dan l-aspett tal-Karnival.  L-esebiti jinkludu il-kartapesta tradizzjonali, u drapp […]

Għotja Ġeneruża lid-Dipartiment tal-Mużika tal-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva t’Għawdex

Fis-skiet u b’att ta’ ġenerożita` , is-Sra. Alison Hallett għadha kemm tat għotja sinjifikanti lill-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva t’Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.  L-għotja għaqlija tagħha lid-Dipartiment tal-Mużika, kienet tinkludi flawt tal-kunċert fil-case oriġinali tiegħu, kotba u scores tal-mużika, u sitt sfafar tal-landa kontemporanji (b’noti differenti), huwa ġest li jolqot ħafna lil […]

|

Il-Publikazzjoni ‘A College for the Arts’ gie sottomess ghal Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-Kullegg Mikiel Anton Vassalli gie mgharraf illi, fuq parir tal-Bord tal-Klassifikazzjoni, il-ktieb A College for the Arts: Mikiel Anton Vassalli College, sottomess fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023, ġie kklassifikat fil-kategorija ta’ “Riċerka Ġenerali“.

27 March |

Ġawhar Misjub – Discovered Gems 

Dawn huma tassew ġawhar! Hu tassew mill-ġdid pjaċir tiegħi li nippreżenta produzzjoni oħra tal-Kulleġġ bl-isforzi u l-kontribut tal-iskejjel speċjalizzati tal-iskejjel tal-arti viżiva u performattiva (skejjel tad-Drama, Danza, Mużika u Arti) permezz tal-pjattaforma artistika Belt ilBniedem u din id-darba bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan tal-Katridral tal-Imdina.  Wara l-produzzjoni tal-ewwel OperaFilm bil-Malti BLAT – The Island Fortress, li ħarġet f’Ġunju tal-2022, issa qegħdin […]