Għotja Ġeneruża lid-Dipartiment tal-Mużika tal-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva t’Għawdex

Fis-skiet u b’att ta’ ġenerożita` , is-Sra. Alison Hallett għadha kemm tat għotja sinjifikanti lill-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva t’Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. 


L-għotja għaqlija tagħha lid-Dipartiment tal-Mużika, kienet tinkludi flawt tal-kunċert fil-case oriġinali tiegħu, kotba u scores tal-mużika, u sitt sfafar tal-landa kontemporanji (b’noti differenti), huwa ġest li jolqot ħafna lil din l-iskola.


Nixtiequ nroddu ħajr mill-qalb lis-Sra. Hallett għal din id-donazzjoni.