Miżuri Preventivi kontra il-Covid-19 fl-Iskejjel tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.

Wara direzzjonijiet li ngħataw lill-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ qed jassikura li dawn il-prekawzjonijiet indikati mill-awtoritajiet tas-saħħa ikunu addotti ġewwa l-uffiċini u l-postijiet tax-xogħol fi ħdan il-Ministeru.

L-uffiċċini kollha fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC) qegħdin jimplementaw diversi miżuri sabiex jilqgħu lura fi ħdanhom lill-istaff kollu, sintendi barra lill-edukaturi, f’ambjent ta’ xogħol sikur.


Miżuri preventivi kontra l-Covid-19 fl-Iskejjel fi ħdan il-KMAV

Kull skola investiet f’konsenja ta’ ‘hand sanitising units’ u materjal għat-tindif li huwa antibatteriku  għall-postijiet komuni kollha u għall-uċuh kollha tal-għamara li se tkun qed tintuża. Sar eżerċizzju intensiv sabiex ikun assikurat li hemm distanza ta’ mill-anqas erba’ metri kwadri bejn kull ħaddiem li jaħdmu ġewwa dawn l-uffiċini. Twaħħlu sinjali u ‘posters’ fil-binjiet kollha li jfakkru lill-ħaddiema u lil kull min jidħol dwar ir-riskji tal-COVID-19 u l-miżuri neċessarji biex jitwaqqaf it-tixrid. Qed jiġu pprovduti Temperaturi Infrared, maskri u visors li jipproteġu lill-membri tal-istaff u lill-visitaturi minn xi infezzjoni virali, u tneħħiet kull għamara li tassorbi kif ukoll iċ-ċraret kollha.

Spazji li fihom jistgħu jinġabru iktar minn persuna waħda, bħalma huma l-entratura u kmamar li fihom isiru l-laqgħat, ġew irranġati apposta sabiex ikun hemm distanzi adekwati skont il-qies tal-post, b’marki fuq l-art u sinjali li jgħinu u jfakkru lill-membri tal-istaff li għandhom iżommu id-distanza ta’ sigurta meħtieġa minn xulxin.

Il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ Victor Galea radd ħajr lill- membri tal-istaff anċillari u lil dawk kollha li taw is-sehem attiv tagħhom bies f’qasir żmien ittieħdu dawn il-miżuri.