Tijatru Virtwali

Dak li għall-bidu deher impossibli, jiġifieri li l-lezzjonijiet tad-Drama u d-Danza jsiru onlajn, issa nibidel fi storja ta’ suċċess għall-Iskola tad-Drama u d-Danza, Malta. 

F’dawn ix-xhur li fihom l-iskejjel inżammu magħluqin minħabba fil-Pandemija tal-COVID 19, it-teknoloġija fetħet bibien ġodda għal-tagħlim virtwali. Il-lezzjonijiet fl-iskola tagħna baqgħu sejrin bis-sistema onlajn u grazzi għall-għalliema dedikati u għall-istudenti tagħna li juru impenn fenominali sabiex jeżerċitaw it-talenti tagħhom, dawn mhux biss kienu suċċess imma saħansitra taw dimenzjoni ġdida għall-pedagoġija u għat-tagħlim fl-iskola tagħna. Ta’ dan inroddu ħajr lill-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ, Victor Galea, li kien ta’ sapport kbir għall-Kap tal-Iskola, Alan Fenech, matul dan il-vjaġġ.




Bħalissa għaddejjin bil-proċess li ntellgħu numru ta’ filmati li ntbagħtu lilna kemm mill-għalliema kif ukoll mill-istudenti, li ser insemmu “Vetrina Virtwali”. Dawn il-filmati huma riżultat tax-xogħol siewi li sar f’dawn iż-żminijiet partikolari. Kien diffiċli li x-xogħol isir b’dan il-mod, imma kif se taraw ir-riżultat aħħari ta’ din il-vetrina, jitkellem waħdu.

Aqra iktar hawn