Titjib fl-Iskola

Biex tmexxi skola li tilqa’ fiha ’l fuq minn 1200 student, 70 kors  u li tinkorpora fiha  4 departmenti (artimużikadrama u danza) taħt saqaf wieħed, irid ikollok għajnejk miftuħa għal dak li se jiġri fil-futur u ħsieb kontinwu biex tagħmel manutenzjoni tajba u li dejjem taġġorna u ttejjeb l-ambjent fiżiku tal-iskola. Hu biss b’dan il-mod li l-iskola tibqa’ tappella, tiffunzjona u żżomm ruħha aġġornata maż-żminijiet.

F’dawn l-aħħar snin l-Iskola VPA għaddiet minn diversi aġġornamenti meħtieġa, ibda mis-sistema tal-elettriku (kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra), tabella ġdida tal-iskola, l-installazzjoni ta’ biċċiet tal-arti ġodda (stqarrija li għenet sabiex l-iskola tikkwalifika bħala skola li tassew isservi bħala post għall-Arti u għall-Kreattivta`), l-irranġar u tisbiħ mill-ġdid tas-sala, it-tisbiħ tal-entratura biż-żieda ta’ żona rikreazzjonali li tħares fuq il-ġnien fuq wara, kompjuters ġodda għall-persunal tal-uffiċċju, u l-istallazzjoni ta’ sanitizer units madwar l-iskola kollha.



Bħalissa qegħdin nagħtu dehra ġdida lit-twieqi tal-kurituri, nbajdu ż-żoni komuni kollha u għaddejjin ukoll b’rinovamenti fuq ż-zona ta’ rikreazzjoni fuq quddiem tal-iskola.

Barra minn dan, qegħdin nibdlu l-monitors b’sett ta’ 75” Interactive Flat panels f’kull klassi u xiri ta’ chain saw b’moħriet ta’ 6” blade għall-kura u l-manutenzjoni tal-ġnien kbir li jkopri parti kbira mill-binja tal-isjkola.


Il-Kap tal-Iskola Vincent Caruana kkummenta hekk:“qegħdin nagħmlu l-aħjar possibli biex ninvestu f’riżorsi li jgħinu lill-edukaturi tagħna filwaqt li nsaħħu dejjem il-kwalita` tat-tagħlim għall-benefiċċju tal-istudenti tagħna.