Għal dawn l-aħħar ġimgħat il-ħajja tagħna lkoll kienet kif tafu tajjeb imħarbat minħabba l-Pandemija Covid , però l-arti baqgħet għaddejja. Bil-għajnuna u taħt it-tmexxija tal-għalliema kollha tagħhom, l-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva f’Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli baqgħu għaddejjin jipprattikaw u jiddedikaw ħajjithom b’ċertu passjoni għax-xogħol tagħhom.
L-iskola ħejjiet filmat ta’ wħud mill-prattiċi onlajn ta’ diversi forom ta’ arti mill-istudenti fis-sigurta` ta’ djarhom.
L-Iskola tal-Arti Viżwali u performattiva f’Għawdex, fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ta’ kull sena toffri numru ta’ korsijiet fl-Arti, fil-Mużika, fid-Drama u fid-Danza lil aktar minn 1,200 student.
Fl-iskola hemm 8 Għalliema u 24-il edukaturi ieħor fuq bażi Part Time, lkoll kemm huma jaħdmu qatigħ sabiex joffru taħriġ u korsijiet li jwasslu sal-Livell ta’ Diploma (MQF Level 5) fl-Arti , fil-Mużika, fid-Drama u fid-Danza lill student li l-eta` tagħhom tvarja bejn 5 snin sa 70 sena.