Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti, organizzazzjoni li ma tagħmel l-ebda profitt sabiex tqajjem kuxjenza dwar il-wirt storiku tal-gżejjer tagħna kemm lokalment kif ukoll lil hinn minn xtutna, permezz ta’ Mużewijiet, wirjiet u pubblikazzjonijiet, għadha kemm tat 26 ħarġa tal-publikazzjoni Maltija dwar l-arti u l-kultura “Treasures of Malta” pubblikazzjoni li ilha toħroġ tlett darbiet fis-sena mis-sena 1994.
L-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva f’Għawdex trodd ħajr lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti għal din il-kontribuzzjoni prezzjuża tagħhom u se tpoġġi dan il-publikazzjonijiet fil-librerija biex ikunu ikkonsultati kemm mill-istudenti kif ukoll mil-għalliema.