FAQs

L-informazzjoni kollha tista’ tinkiseb billi żżur il-paġna ta’ FB tal-iSkola tal-Arti.
Il-Korsijiet jiġu offruti kollha b’xejn. Madanakollu irid isir ħlas ta’ reġistrazzjoni. Studenti iżgħar minn 16 –il sena jistgħu jirreġistraw mingħajr ħlas. Hemm ħlas ta’ reġistrazzjoni għal kandidati potenzjali li jidħlu f’waħda minn dawn il-kategoriji:

Studenti 60+ ma nħallsux għall-ewwel reġistrazzjoni. Ħlasijiet ta’ reġistrazzjoni regolari iridu jsiru għal korsijiet oħra.

Ħlas ta’ reġistrazzjoni għal Kors mhux akkreditata hu ta’ €34.94
Ħlas għal Kors Akkreditat hu ta’ : €46.59
Ħlas għal korsijiet mhux akkreditati għal studenti mhux Ewropej hu dak ta’ €69.98 u dak għal korsijiet akkreditati hu dak ta’ €93.18
Il-ħlasijiet ta’ reġistrazzjoni għandhom isiru onlajn. Il-ħlas ta’ reġistrazzjoni ma jintraddux lura.
Reġistrazzjonijiet u sottomissjonijiet tal-applikazzjoni isiru onlajn minn fuq dan is-sit elettroniku.
Dawk il-kandidati li jkunu jridu jibdlu minn kors għal ieħor għandhom jagħmlu talba lill-amministrazzjoni tal-iskola. L-amministrazzjoni tal-iskola tiddeċiedi jekk din it-talba tkunx tista’ tiġi aċċettata.
Ċertifikati ta’ attendenza ikunu jistgħu jinħarġu jekk jintalbu. Dawn iċ-ċertifikati jinħarġu jekk l-istudent ikun attenda 80% tal-kors.
Il-korsijiet idumu 32 ġimgħa, jibdew f’Ottubru u jispiċċaw f’Mejju.
Xi materjal jiġi provdut mill-iskola. Madankollu l-istudenti kollha jintalbu jġibu l-materjal tagħhom u r-riżorsi li jkun hemm bżonn.
L-ammont massimu ta’ studenti f’kull klassi hu dak ta’ mhux aktar minn tnax –il student għal werkxops prattiċi u dak ta’ ħamsa u għoxrin student għall-klassijiet tal-iStorja tal-Arti.
Meta wieħed ifalli għandu jirrapporta permezz ta’ emajl onlajn lill-edukatur tal-klassi. Jekk studenti jonqos milli jirrapporta għal tlett lezzjonijiet konsekuttivi mingħajr l-ebda avviż dan jitqies li m’għadux interessat li jkompli bil-kors tiegħu u jinqata’ mil-lista tal-klassi.
Dawk l-applikazzjonijiet li jaslu tard jiġu aċċettati jekk ikun hemm post u dawn jitpoġġew fuq waiting list.
L-amministrazzjoni tal-iskola żżomm kuntatt regolari permezz ta’ emejls u messaġġi ċellulari.