Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli għadu kemm ħareġ ċertifikati diġitali għall-gradwati tad-diploma li ħarġu minn ħdanu

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli għadu kemm ħareġ ċertifikati diġitali għall-gradwati tad-diploma li ħarġu minn ħdanu, ankrati fuq il-‘Blockchain’ permezz ta’ ‘Blockcerts’. Dan grazzi għall-infrastruttura li l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jħaddan, permezz tat-teknoloġija u s-sapport pprovdut minn Hyland Credentials. Apparti d-diversi mekkaniżmi ta’ sigurtà, dan ifisser li l-istudenti ikunu jistgħu faċilment jaċċessaw iċ-ċertifikati tagħhom minn fuq l-apparat teknoloġiku tagħhom onlajn, u li fil-futur ikunu jistgħu jaqsmuh b’kumdita` u b’mod sigur ma’min iħaddimhom u ma’ partijiet interessati oħra.




Kemm iċ-ċertifikati tal-‘Blockchain’ kif ukoll iċ-ċertifikati stampati se jkunu ttimbrati mill-ewwel bid-data tal-gradwazzjoni, dik tas-7 ta’ Novembru 2020. L-istudenti li jkollhom bżonn t-traskrizzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta’ xogħol, ikunu jistgħu jiġbruhom mill-iskejjel rispettivi tagħhom minn Jannar 2021.

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jixtieq jifraħ lill-istudenti kollha għall-kisbiet tagħhom.