Tama f’Milied Aħjar

Attivita Mtella’ mill-Istudenti tal-Iskejjel tal-Arti, Drama, Mużika u Żfin Fi Ħdan il-Kuleġġ Mikiel Anton Vassalli

L-skejjel ta’ Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC) , adattaw attivita’ performattiva u filantropika bi programm adattat għal dan iż-żmien ta’ pandemija tal-COVID 19. L-attivita, mifruxa fuq ġimgħa, laħqet il-qofol tagħha nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru 2020. Matul din il-ġimgħa l-istudenti tal-Arti ħejjew armar artistiku għal Sigra tal-Milied li ntremet fuq barra fil-grawnd. L-istess kienu preparati xi żeffiena mill-Iskola tad-Drama u Zfin flimkien ma’ numru ta’ studenti-mużiċisti u l-bands tal-Iskola tal-Muzika li l-koll flimkien tellgħu attivita’ performattiva fil-grawnds tal-kumpless fil-Ħamrun.



Fi tmiem din l-attivita` simbolika, il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ is-Sur Victor Galea ippreżenta għotja ta’ €467 fi prodotti tal-ikel lill-Foodbank Malta. Din is-sena fuq inizzjattiva tal-istaff tal-Kulleġġ MAVC minnflok ma ingħataw is-soltu rigali lil xulxin, l-Kapijiet, l-għalliema u l-ħaddiema kollha tal-Kulleġġ ġew imħeġġin jagħtu kontribuzzjoni libera għall-Foodbank Malta. Il-Kulleġġ għamel kuntatt mal-Kumpanija Tutto Marketing. Is-Sinjura Carmen Micallef ġentilment offriet li żżid konsiderevolment l-għotja ta’ prodotti tal-ikel, fuq l-ammont ta’ li nġabru mill-Kulleġġ, b’tifkira u suffraġju ta’ żewġha Saver Micallef li ħalla din id-dinja ħesrem is-sena li għaddiet.

Tirrapreżenta lill-Foodbank Malta kellna fostna lis-Sinjura Irene Schembri li raddet ħajr minn qalbha għal din l-inizzjattiva mill-Kulleġġ.