Ghotja ta 3,000 ewro kotba lil iskola tal Arti Viziva u Performattiva t Ghawdex.

Il- Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jiġbor fih l-Iskejjel tal-Istat li jispeċjalizzaw fl-Edukazzjoni tal-Arti, tal- Mużika u tad-Drama u ż-Żfin. Is-Sur Victor Galea, il- Prinċipal tal-Kulleġġ tkellem dwar l-importanza li dawn l-iskejjel jinvestu f’riżorsi edukattivi fejn l-istudenti jkunu jistgħu isibu kotba utli biex jissellfu meta wieħed iqis li dawn l-iskejjel joffru tagħlim li jista’ jwassal għal livell ta’ Diploma f’xi speċjalizzazzjoni tal-Arti viżiva jew performattiva.

Huwa irringrazzja lis-Sinjura Liz Groves għad-donazzjoni f’kotba b’valur ta’ aktar minn €3,000 ewro li ġentilment offriethom speċifikament għal waħda mill-iskejjel tal-Kulleġġ li tinsab fix-Xewkija Għawdex.


Ms Groves, sid ta’ Island Books, issa irtirata, riedet tagħmel din id-donazzjoni fejn il-kotba tagħha setgħu jagħmlu l-iktar ġid, u għalhekk għażlet li tagħti dawn il-kotba lil din l-istituzzjoni edukattiva.


Id-donazzjoni ta’ kotba tikkonsisti f’mużika korali u orkestrali, kif ukoll antoloġiji u bijografiji ta’ kompożituri u mużiċisti famużi.


The donated books by Liz Groves to MAV College

Il-kotba mogħtija minn Liz Groves lill-Kulleġġ MAV

Ms Liz Groves donating music books to Mr Victor Galea
Is-Sinjura Liz Groves tagħti donazzjoni tal-kotba tal-mużika lis-Sur Victor Galea