2020 riesqa lejn tmiemha u lkoll kemm aħna qegħdin inħarsu ’l-quddiem lejn is-sena l-ġdida. Sabiex niċċelebraw id-dedikazzjoni u l-impenn, muri mill-għalliema u l-istudenti biex setgħu jibdlu dawn ix-xhur partikularment diffiċli f’opportunita` ta’ esplorazzjoni kreattiva u artistika, għażilna 21 biċċa xogħol tal-arti li saru matul l-ewwel term tas-sena skolastika. Inħarsu ’l-quddiem sabiex inkomplu bil-missjoni tagħna biex inrawmu u nissapportjaw lill-istudenti tagħna li għandhom tant talenti matul is-sena li ġejja.
Ix-xogħolijiet magħżula kien dawk li saru minn studenti li attendew korsijiet f’livelli differenti, inklużi dawk fil-level 1- Introduzzjoni Preliminari għall-Arti Viżiva sal- livell 4 – Arti Viżiva Avvanzata. L-etajiet ivarjaw bejn is-6 snin u l-50 sena.