Elezzjonijiet tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola tal-Arti

L-elezzjonijiet tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola tal-Arti,Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli għas-snin 2021-2022 se jsiru bejn it-Tnejn 8 ta’ Frar fis-13:00 u l-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2021 fis-13.00.

L-istudenti adulti (dawk li għandhom ’l fuq minn 16-il sena) jistgħu jivvutaw sabiex itellgħu 2 kandidati mit-3 studenti li tefgħu n- nomina tagħhom. Ġenituri/Kustodji ta’ studenti (taħt is-16 –il sena) huma intitulati sabiex jivvutaw għal 2 kandidati mill-4 li tefgħu in- nomini tagħhom.

L-elezzjonijiet se jsiru, u kull student se jirċievi vot wieħed lil kull student irreġistrat. Sejrin tirċievu aktar informazzjoni dwar il- votazzjoni fuq l-emejl tal-istudenti. Nixtieq inroddilkom ħajr bil-quddiem għall-parteċipazzjoni tagħkom f’dawn l-elezzjonijiet, li huma tal-akbar importanza fl-aħjar interess kemm tal-iskola kif ukoll tal-istudenti. Il-Parteċipazzjoni tagħkom tgħodd ħafna!

Studenti Adulti(ta’ ’l fuq minn 16 –il sena) li jattendu l-Iskola tal-Arti Malta, fi ħdan il-KMAV:

Jisimni Vincent Cassar. Bħalissa ninsab fl-aħħar sena tal-Kors Avvanzat fl-Arti Viżiva ġewwa l-Iskola tal-Arti Malta. Attendejt din l-iskola għal iktar minn u diġà` kont inservi fuq il-Kunsill Skolastiku li għadu kemm temm it- terminu tiegħu. Jiena nemmen li dejjem hemm xi ħaġa ġdida x’titgħallem fil- ħajja u dejjem hemm lok ta’ titjib. B’dawn iż-żewġ prinċipji quddiem għajnejja nħoss li għandi kontribut x’noffri lill-iskola sabiex nippromwovu l-ħiliet artistiċi lill-Maltin kollha. Nipprova li ta’ kuljum noħloq xi ħaġa u ngħin ukoll kull fejn Intom tistgħu tgħinuni sabiex jien inkun nista’ mbagħad ngħin aħjar lil din l-iskola.

Jiena Stephania Micallef u bħalissa ninsab għaddejja b’kors fit-Teknika tal-Istampar ġewwa l-Iskola tal-Arti, Malta.Jiena artista viżwali li nħobb nesperimenta bit-tekniċi tal-istampar u xi ftit bl-estetiċi. Naffaxina ruħi wkoll bil-figura umana u studjajt il-forom fiċ-ċaqlieq tal-istruttura fi-ħlejjaq ħajjin. Komplejt bl-istudji artistiċi u fl-istudji fid-disinn ġewwa l-Universita` ta’ Malta minn fejn iggradwajt fl-2019. Jekk inkun nagħmel parti mill-Kunsill Skolastiku ġewwa l-iskola tal-Arti, jien inkun nista’ nkun parti mid-deċiżjonijiet fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tal-arti lokali

Jisimni Laurette Tong u bħalissa ninsab fit-tielet sena fl-istudji tiegħi fl- iskultura ġewwa l-Iskola tal-Arti, Malta. L-interess tiegħi fl-arti jmur lura lejn tfuliti u bdejt nattendi lezzjonijiet tat-tpinġija tnejn u għoxrin sena ilu ġewwa l- iskola. Madanakollu , l-interess veru tiegħi hu dak tax-xogħol fil-fuħħar u fiċ- ċeramika, li kelli l-opportunita` nistudja taħt diversi artisti lokali.

Ġenituri/Kustodji ta’ studenti (taħt is-16 –il sena) li jattendu l-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il- KMAV:

Jisimni Evangeline Azzopardi u għandi 44 sena. Miżżewġa bi tlett itfal. L-akbar wieħed, Gabriel, ilu jattendi l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli għal dawn l-aħħar sentejn. Jiena għalliema ġo skola sekondarja u nħobb naqra. Minn dejjem affaxxinajt ruħi bl-arti u bl-artisti u nittama li fil-futur jirnexxieli nmidd idi fil- qasam tal-arti.

Jisimni Dion Buhagiar Said, ġenitur ta’ Alexander, li bħalissa jattendi l-Iskola tal-Arti f’Malta. Twelidt il-Kanada imma issa ilni noqgħod Malta wisq sabiex nerġa’ lura hemm! Nemmen li bl-esperjenza tiegħi nista’ ngħin il-Kunsill sabiex jilħaq l-għanijiet u l-impenji tiegħu. Inqis ruħi bħala persuna artistika b’interess partikolari fl-arti viżiva.

Jiena Ann Marie Fenech. Ibni jattendi l-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u nuri interess kbir fil-benesseri tiegħu u ta’ sħabu tal- iskola. Bħala professjoni jiena youth worker u nemmen bis-sħiħ fl-attivitajiet extra-kurrikulari li jmorru lil hinn mill-edukazzjoni formali li tingħata fl-iskola. Jekk il-COVID ħadilna ħafna, tana l-opportunita` u ħin biżżejjed sabiex nużaw media differenti sabiex nesprimu l-lat artistiku tagħna. Forsi jiena m’inix xi Picasso jew Monet però inħobb noħloq xi crafts u xi tpinġijiet. Huwa l-post fejn jien niżvoga mill-istress u l-għeja li jaħkmuni.

Stephanie Grech Mallia hija omm student ta’ 10 snin li ilu tattendi l- iskola għal dawn l-aħħar tlett snin. Jiena Support Procurement Of- ficer u Undergraduate ġewwa l-MCAST. Jiena wkoll attriċi u ħadt se- hem f’diversi films lokali, serje fuq it-televiżjoni u produzzjonijiet teatrali. Nemmen bis-sħiħ li l-arti hija essenzjali għal benesseri tagħna u l-aqwa medju li bih tikkomunika. L-arti tgħinna nikbru u nesprimu l-emozzjonijiet tagħna b’mod ħieles.