Nomenklaturi li jindikaw il-maskil jinkludu wkoll il-femminil.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma ta’ abbuż fuq it-tfal m’huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MFED jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal- 2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta’ Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Koordinatur għall-Edukazzjoni fuq bażi part-time fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli – Skola tal-Mużika Malta fil-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Tul tal-assignment u kundizzjonijiet
2.1 Persuna magħżula ser tiġi ingaġġata bħala Koordinatur għall-Edukazzjoni fuq bażi part-time fi’ ħdan il- Ministeru għall-Edukazzjoni fuq bażi definit għal sena (1) skolastika waħda, jew inqas li jistà jiġi mġedded għal perjodi oħra.
2.2 Il-pożizzjoni ta’ Koordinatur għall-Edukazzjoni fuq bażi part-time hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tlett (3) xhur .
2.3 Peress li din hi pożizzjoni marbuta ma terminu ta’ żmien fiss jew tkomplija ta’ biċċa xogħol speċifika, il- pożizzjoni ta’ Koordinatur għall-Edukazzjoni fuq bażi part-time taqa’ taħt Regolament 7(4) tal-Liġi Sussidjarja 452.81 intitolat u għaldaqstant dan jikkostitwixxi raġuni oġġettiva skont ir- “Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Servizz għal Żmien Fiss.”
2.4 Il-Koordinatur għall-Edukazzjoni fuq bażi part-time ser jaħdem fuq bażi part-time għal numru ta’ siegħat fil- ġimgħa (massimu ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa), liema numru ta’ siegħat jiġi determinat qabel il-bidu ta-sena skolastika u jiddependi minn numru ta’ applikanti li jkunu applikaw biex jattendu għall-korsijiet u / jew esiġenzi oħra li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.
2.5 Il-proviżjonijiet relatati dwar il-benefiċċji u entitelements skond kif imniżżla fil-Public Service Management Code bħal vacation leave tal-mard, fil-każ ta’ part timers, huma fuq bażi pro rata. Il-vacation leave irid jittieħed matul il-btajjel tal-iskola.
2.6 Ġranet tal-iskola, siegħat u vaganzi jkunu dawk kif stabbiliti fl-“Agreeement between the Government of Malta and the Malta Union if Teachers” iffirmat fil-21 ta’Diċembru 2017.
2.7 Uffiċjal li jkollu pożizzjoni ta’ natura definita (jiġifieri b’raġuni oġġettiva), li j/tinsab fl-aħħar erba’ (4) xhur tat- terminu definit tiegħu/tagħha, j/tista’ j/tapplika lateralment,a nke jekk il-pożizzjoni reklamata għandha l-istess speċjalizzazzjoni li huwa/hija għandu/ha bħalissa.
2.8 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’din il-pożizzjoni tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Salarju marbut mal-pozizzjoni
3. Koordinatur għall-Edukazzjoni fuq bażi part-time jitħallas bir-rata ta’ €20.00 fis-siegħa, skond in-numru ta’ siegħat maħduma flimkien ma bonuses pro-rata (ta’ nofs is-sena u tal-Milied) u d-dħul supplimentari.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Koordinator għall-Edukazzjoni fuq bażi part-time jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Rekwiżiti tal-Eliġibbilta’
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
i. a. ċittadini ta’ Malta; jew
b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir- regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
f. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l- Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u/jew Ingliża;
iii. ikollhom, fil-pussess tagħhom kwalifika ta’ Master’s rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 ECTS/ ECVET kretti, jew ekwivalenti*) fil-Music Education jew Arts Management jew kwalunkwe qasa ta’ studju relatat jew kwalifika komparabbli u sentejn (2) esperjenza ta’ xogħol rilevanti fit-tagħlim u taħriġ f’ambjent edukattiv formali jew Amministrazzjoni/Immaniġġjar tal-Arti f’istituzzjoni formali; JEW
iv. ikollhom, fil-pussess tagħhom kwalifika ta’ Bachelor’s rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET kretti, jew ewkwivalenti*) fil-Music Education jew Arts Management jew kwalunkw qasam ta’ studju relatat jew kwalifika komparabbli u erba’ (4) snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti fit-tagħlim u taħriġ f’ambjent edukattiv formali jew Amministrazzjoni/Immaniġġjar tal-Arti f’istituzzjoni formali;
*Fin-nuqqas ta’evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors, il- bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma 60/180 ECTS/ ECVET kretti (skond kif applikabbli). Jista’ jintalab il-parir tal-MQRIC.
v. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
5.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Master’s f’Livell 7 tal-MQF, kew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*.
*Fin-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma’ 60 ECTS/ECVET kretti. Jisata’ jintalab il-parir tal-MQRIC.
5.3 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is- sejħa għall-applikazzjonijiet.
5.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d- dettalji).
5.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
5.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall- applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Sottomissjoni ta’ Dokumentazzjoni
6.1 Il-kwalifiki u l-esperjenza li l-persuna jkollha għandhom jintwerew b’ċertifikati u/jew dokumenti, li kopja tagħhom għandha tkun skennjata u mibgħuta permezz tal-Portal tal-Ingaġġ tal-Edukazzjoni fuq https://edurecruitment.gov.mt.
6.2. Id-dokumenti oriġinali għandhom, mingħajr eċċezzjoni, jintwerew waqt l-intervista.
Proċeduri tal-Għażla
7.1 L-applikanti eliġibbli jiġu assessjati minn Bord tal-għażla biex jiġi ddeterminat min hu adatt għall-pożizzjoni. Il- marka massima għal dan il-proċess tal-għażla hija 100% u l-marka li persuna trid iġġib biex tgħaddi hija 50%.
7.2 Tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-kandidati li, minbarra dak rikjest f’paragrafi 5.1 – 5.5, għandhom esperjenza ta’ xogħol relevanti u ppruvata.
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
8.1 L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi, għall-attenzjoni tal, Ministeru għall-Edukazzjoni, permezz tal- Portal tal-Ingaġġ tal-Edukazzjoni biss f’dan l-indirizz: https://edurecruitment.gov.mt. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu Curriculum Vitae (li għandu jinkludi lista tal-kwalifiki tal-applikant), u Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat / Ċertifikat tal-Kondotta skont kif applikabbli, li tali dokument irid ikun maħruġ mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, f’format pdf, li għandhom ikunu uploaded permezz tal- Portal. Id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hija 17:15 (Ħin Ċentrali Ewropew) ta’ nhar it-Tnejn, 15 ta’ Marzu, 2021. Ittra elettronika ġġenerata mill-kompjuter tintbagħat bħala rċevuta tal-applikazzjoni. jekk teħtieġ assistenza ġentilment ikkuntattja Edu Servizz. gov fuq in-numru tat-telefon 153. Aktar dettalji dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet jinsabu fid-dispożizzjonijiet ġenerali msemmija hawn isfel.
8.2 Hija r-responsabbiltà tal-applikanti li ma jħallux sal-aħħar tletin (30) minuta biex jissottemettu l-applikazzjoni tagħhom.
8.3 Applikazzjonijiet li jaslu wara d-data u l-ħin tal-għeluq (i.e. applikazzjonijiet tard) ma jiġux aċċettati.
8.4 Applikanti jingħataw sa żewġ ġranet tax-xogħol (2) wara d-data tal-għeluq jew sa żewġ ġranet tax-xogħol (2) mid-data tan-notifika, liema tiġi l-aħħar; biex jissottomettu dokumenti mhux korretti jew mhux mimlija kif suppost.
Dispożizzjonijiet Ġenerali Oħra
9. Dispożizzjonijiet ġenerali oħra dwar din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, b’referenza partikolari għall-:
° benefiċċji applikabbli, kundizzjonijiet u regoli/regolamenti;
° bdil raġonevoli għall-persuni rreġistrati b’diżabilita;
° sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent dwar il-kwalifiki;
° pubblikazzjoni tar-riżultat;
° il-proċess sabiex tiġi sottomessa petizzjoni dwar ir-riżultat;
° eżami mediku;
° aċċess għall-formola tal-applikazzjoni u dettalji relatati;
° żamma ta’ dokumenti
jistgħu jiġu aċċessati permezz tas-sit elettroniku tad-Diviżjoni dwar Nies u Standards fl- indirizz https://recruitmentintra.gov.mt/generalprovisions/GeneralProvisionsMT.pdf Dawn id- dispożizzjonijiet ġenerali għandhom jiġu meqjusa bħala parti integrali minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.