Din il-ġimgħa waslu l-iskrins interattivi five-in-one sabiex jibdew jintużaw ġewwa l-klassijiet u l-istudji tal-Iskola tad-Drama u d-Danza f’Malta. Minkejja s-sitwazzjoni kurrenti u l-adattamenti u t-tibdiliet kollha li bħalissa qegħdin inħabbtu wiċċna magħhom minħabba l-pandemija, l-iskola tkompli taġġorna ruħha bir-riżorsi li minnhom jibbenefikaw l-istudenti u l-edukaturi.