L-Iskola tal-Arti Viżiva & Performattiva f’Għawdex tilqa’ fi ħdanha sitt għalliema ġodda

L-uniku triq li għandna quddiemna hi t-triq ’l-quddiem. Għaldaqstant sabiex inlaħħqu mat-talbiet ta’ tagħlim ġdid, mal-mixjiet il-ġodda u man-numru ta’ studenti, l-Iskola tal-Arti Viżiva & Performattiva f’Għawdex iddeċidiet li tkabbar t-tim ta’ għalliema tagħha b’sitt għalliema mimlijin talent. U, għalkemm għaddew diġà tlett ġimgħat mill-bidu tas-sena skolastika, ma sibniex żmien sabiex nippreżentawhomlkom. Imma fl-aħħar wasalna!
L-Iskola tal-Arti Viżiva & Performattiva f’Għawdex bi pjaċir tilqa’ lis-sitt għalliema ġodda għal dawn id-dixxiplini tal-arti u tal-mużika (kitarra, perkussjoni, saxophone u vjolinċell)

L-iskola tal-Arti Viżwali & Performattiva f’Għawdex tħaddan l-istudju tal-Arti, tal-Mużika, tad-Drama u tad-Danza taħt saqaf wieħed.


L-Għalliema tal-Arti Is-Sra. Sonia Scerri ggradwat bħala Post Graduate fl-Edukazzjoni tal-Arti mill-Universita` ta’ Malta. Matul is-snin, hi għallmet l-arti lil għadd kbir ta’ studenti kemm fis-sekondarja kif ukoll fil-primarja. Interessi oħrajn li Sonia ssegwi huwa l-arti fina, l-illustrazzjoni u l-fotografija.

L-Għalliema tal-Arti – Is-Sra. Sonia Scerri

Is-Sur. Philip Attard hu għalliem appassjonat tas-saxophone, li ggradwa b’Master of Music b’Distinction u Artist Diploma mir-Royal College of Music (RCM). Hu ta master classes ġewwa l-Universita` ta’ Southampton, ġewwa l-Universita` tal- Highlands and Islands u fil-Festival tas-Saxophone ġewwa Malta, u kien l-għalliem mistieden fl-istrumenti tal-qasba fuq proġetti flimkien mal-Orkestra taż-Żgħażagħ f’Malta. Huwa deher bħala solist f’diversi kunċerti madwar l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerika, li jinkludu siltiet fil-Wigmore Hall, fil-Cadogan Hall, fi Pjazza John Smith, f’St James Piccadilly, ġewwa Southbank Centre u ġewwa l-Elgar Room fir-Royal Albert Hall.

L-Għalliem tas-Saxophone – Is-Sur. Philip Attard

M.Mus, B.Mus Kristina Dimic ilha tgħallem il-vjolinċell għal dawn l-aħħar 20 sena.

Hija ġiet Malta fl-2017 minn dak inhar ilha membru attiv fil-Malta Concert Orchestra u f’għadd ta’ gruppi u orkestri oħrajn ġewwa Malta u Għawdex. Mill-2019 ilha għalliema ġewwa l-Iskola tal-Mużika f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, li tinsab ġewwa l- Ħamrun u minn Ottubru 2020 ilha għalliema fl-iskola, tagħna. Hija temmen li d-daqq ta’ strument hu ta’ benefiċċju għal kull tifel u tifla li xejn ma jista’ jieħu post dik l-esperjenza.

Għalliema taċ-Cello – Is-Sra. Kristina Dimić


L-Għalliema tal-Arti is-Sra. Liliya Pangelova hija artista b’passjoni kbira f’xogħolha li għandha diversi kwalifiki internazzjonali fi tpinġija akkademika, fil-pittura, fl-iskultura u fid-disinn. Hija tħarrġet bħala glassblower professjonali u bħalissa, għaddejja bil-kisba ta’ MTL (Masters of Teaching and Learning) b’degree fl-Arti mill-Universita` ta’ Malta. Bħala artista, il-prattika kreattiva tagħha tidwi flimkien mad-dikjarazzjoni li l-fatt li tasal li tkun professjonali jfisser li tassigura kemm il-kwalita` konċettwali kif ukoll dik teknika fil-biċċiet tal-arti filwaqt li tħalli spazju għall-interpretazzjoni u espressjoni artistika libera.

L-Għalliema tal-Arti – Is-Sra. Liliya Pangelova


L-G]alliema tal-Perkussjoni Jean Pierre Vaillancourt Cassar beda l-karriera tieg]u fil-perkussjoni wara li beda lezzjonijiet mal-Perkussjonista Prinċipali, Daniel Cauchi mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta . Eventwalment hu daħal ġewwa l-Universita` ta’ Malta, filwaqt li kultant beda jaħdem bħala mużiċista fuq bażi part-time mal-MPO. Fl-2016, Jean Pierre rebaħ awdizzjoni għall-post ta’ Assistent Timpani u l-Perkussjonist Prinċipali ġewwa is-Ruse State Opera fil-Bulgarija, fejn baqa’ jaħdem sal-2019. Wara li ssieħeb mal-Malta Youth Orchestra, Jean Pierre beda l-programm intern f’Jannar tal-2020. Bħalissa hu ukoll imsieħeb mal-Conservatorio Arrigo Boito ġewwa Parma, fejn qed jistudja ma’ Nick Woud (Solo Timpani, Royal Concertgebouw Amsterdam), kif ukoll ma’ Ilya Melikhov (Orkestra Nazzjonali tar-Russia).

L-Għalliem tal-Perkussjoi – Is-Sur. Jean Pierre Cassar

L-Għalliem tal-Kitarra Edmund Camilleri qabel kien student fl-iskola tagħna u riċentament kiseb l-LLCM mill-Universita` ta’ West London. Għall-aħħar 20 sena hu daqq ġeneri differenti ma’ diversi baned lokali.

L-Għalliem tal-Kitarra – Edmund Camilleri