Ftuħ mill-ġdid tal-Iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC)

Kif tħabbar nhar l-Erbgħa 7 t’April 2021 mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż, it-tagħlim ser jissokta u l-iskejjel ser ikunu qed jerġgħu jinfetħu gradwalment biex fihom isir it-tagħlim in-person.

Fil-każ tal-Iskejjel fi ħdan il-kulleġġ M.A.V., it-tagħlim ser jissokta online matul il-ġimgha li ġejja, jiġifieri bejn it-Tnejn 12 t’April  u s-Sibt 17 t’April u l-lezzjonijiet in-person ikomplu mill-ġimgha ta’ wara, jiġifieri mit-Tnejn 19 t’April 2021.

Għal domandi jew informazzjoni partikulari tista’ tikkuntattja lill-iskola rispettiva tiegħek, fejn kull skola tibqa’ disponibbli u ssegwi kull jum u f’kull mument il-miżuri kollha li fassalna, daħħalna u ħaddimna sa mill-bidu tas-sena skolastika.

Kif sar matul il-pandemija, meta jkun hemm il-ħtiega ta’ aġġornament ċirkostanzjali, speċjalment dawk li jolqtu lis-settur tal-arti viżiva u performattiva,  dawn ser ikunu qed jibqgħu jsiru regolarment permezz ta’ notifikazzjonijiet ufficjali minn din il-platform.

Nagħlaq billi għal darb’oħra nerġa nuri l-apprezzamemt lejn l-impenn serju u s-sehem ġenwin tat-tmexxija tal-iskejjel tagħna, kif ukoll l-għalliema u l-impjegati f’dawn l-iskejjel u fl-aħħar iżda mhux l-anqas lilkom studenti (u ġenituri/kustodji) tal-koperazzjoni tagħkom f’dawn il-mumenti.

Tisljiet u #Stay Safe

Victor Galea
Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġi
Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli