Dialogic Art Gatherings bħala strument biex timmotiva lill-istudenti waqt li ttejjeb il-metodoloġija tat-tagħlim

L-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli iffaċilita` sessjoni ta’ taħriġ f’Mejju 2021 mad-Direttur tal-Kurrikulu li kien immexxi mis-Sra Sandra Ebejer – Direttur Kurrikulu, s-Sur David Degabriele – Assistent Direttur responsabbli għall-Arti, is-Sra Charmaine Degabriele, Uffiċċjal Edukattiv tal-Arti fl-Iskejjel Medji u Sekondarji u s-Sur Augusto Cardinali, Uffiċċjal Edukattiv tal-Arti fl-Iskejjel Primarji, flimkien mas-Sra Maria Vietes Casado u s-Sra Pilar Fernandez l-imsieħba Spanjoli u rappreżentanti tal-proġett tal Erasmus+ EnlargeSEAS

 
L-għan tas-sessjoni kienet li nintroduċu id-Dialogic Art Gatherings lid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Laqgħat Djalogiċi huma wieħed mill-Azzjonijiet Edukattivi ta’ Suċċess (SEAs) identifikati mir-riċerka INCLUD-ED (FP6, Kummissjoni Ewropea, 2006-2011). Dawn jinvolvu l-kostruzzjoni kollettiva tat-tifsira u l-għarfien ibbażati fuq djalogu mal-korp kollu tal-istudenti jew ma’ dawk kollha li jkunu qegħdin jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat




Victor Galea, Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ introduċa s-sessjoni billi spjega kif tali azzjonijiet edukattivi ikollhom effett pożittiv dirett fuq il-motivazzjoni tal-istudenti, għaliex dawn jinkoraġġixxu parteċipazzjoni demokratika u attiva.


Maria Vieites Casado minn CREA (Community of Research on Excellence for All) ippreżentat il-bażi teoretika u xjentifika tad-Dialogic Art Gatherings. “Tali azzjonijiet idawru b’mod drastika il-mod kif il-ħin jiġi organizzat fil-klassi. Infatti, ir-riċerka turi li permezz tad-Dialogic Art Gatherings, l-istudenti jitkellmu u jiddiskutu sa 85% mill-ħin kollu, filwaqt li fl-ambjent tradizzjonali, l-għalliem jieħu 90% mill-ħin tal-lezzjoni. Dan sintendi jibdel kompletament il-mod kif l-istudenti jiksbu t-tagħrif, filwaqt li jiffoka iżjed fuq l-esperjenza tal-ħajja u fuq il-mod kif wieħed jaqsam dawn l-esperjenzi” spjegat is-Sra Vieites Casado filwaqt li tat eżempji ta’ prattiċi tajbin minn skejjel Ewropej oħra.
 


L-għalliema tal-Letteratura Ingliża ġewwa l-iskola I.E.S Alfonso II f’Oviedo, Spanja, Pilar Fernandez, ippreżentat l-esperjenza tal-iskola tagħha fl-implimentazzjoni ta’ Dialogic Art Gatherings, hekk kif spjegat il-metodu li jintuża biex jippreparaw għal u jiffaċilitaw tali inizzjattivi. Hi saħqet ukoll fuq il-benefiċċji ta’ tali inizzjattivi sabiex dawn jimmotivaw lill-istudenti kollha sabiex dawn jipparteċipaw iżjed waqt il-lezzjonijiet. Ir-riżultati tal-iskola wrew li l-prestazzjoni waqt l-assessjar żdiedet b’10% fil-klassijiet li fihom ġew implimentati d-Dialogic Art Gatherings. Meta nqabblu dan mal-ħin reali, dan ifisser li 2 studenti aktar minn kull klassi ikunu kapaċi jtemmu b’suċċess l-assessjar u l-progress tagħhom għas-sena ta’ wara.

Umberto Buttigieg, Amministratur tal-Iskola tal-Arti, Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, spjega l-proċess ta’ implimentazzjoni fl-iskola tal-Arti f’Malta, bili stqarr li l-Laqgħat tal-Arti tad-Dialogic Art Gatherings iħalli impatt għall-fatt li dan kun ta’ benefiċċju għas-segmenti prattiċi waqt il-lezzjoni tal-Arti. Is-Sur Buttigieg spjega li: “Dan iseħħ għaliex l-istudenti ikunu imħeġġa sabiex jaħsbu b’mod kreattivi u kritika dwar ix-xogħol tal-arti li jkunu qegħdin jippreżentaw. Barra minn dan, tali approċċi pedagoġiċi jintegraw il-konċetti tal-ħidma artistika tal-istudenti mal-istess ħsibijiet, sentimenti u esperjenzi tal-ħajja tagħhom. B’hekk l-istudenti ikunu jistgħu joħolqu bċejjeċ tal-arti li jirrevelaw il-perspettiva personali tagħhom”.


Sandra Ebejer, Direttur tal-Kurrikulu fi ħdan il-MFED, faħħret l-inizzjattiva u esprimiet ir-rieda tagħha li tkun ta’ sapport għal tali azzjonijiet u inizzjattivi fuq firxa wiesa’ ta’ suġġetti f’livelli differenti anki fl-edukazzjoni mainstream.


Il-laqgħa hi waħda mill-azzjonijiet organizzati fit-twettieq tal-Proġett Erasmus+ Project: EnlargeSEAS, li l-għan tiegħu hu li jkunu esplorati u implimentati azzjonijiet edukattivi ta’ suċċess fl-Iskejjel tal-Arti Viżiva u performattiva f’Malta u Għawdex, u sabiex ixerred kisbiet bħal dawn mal-kollegi u ma’ dawk li jfasslu l-politika f’Malta. Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ilu involut f’dan il-proġett mis-sena 2019.