Implimentazzjoni tal-Azzjoni Edukattiva ta’ Suċċess: Dialogic Art Gathering fl-Iskola tal-Arti f’Malta.

Bħala parti minn proġett ta’ E Twinning bejn l-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u l-Iskola I.E.S Alfonso II f’Oviedo – Spanja, f’April 2021, 7 għalliema tal-Arti mill-iskola tal-Arti rċevew taħriġ onlajn dwar il-qafas teoretiku, il-bażi xjentifika u l-istrateġija ta’ implimentazzjoni dwar id-Dialogic Art Gatherings.


Wara dan it-taħriġ onlajn, l-Iskola tal-Arti, Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli imbarkat fuq perjodu ta’ implimentazzjoni u provi. Matul ix-xahar ta’ Mejju, il-metodu kien implimentat f’5 klassijiet tal-Livell 3 tal-MQF. Id-Dialogic Art Gathering kien implimentat diversi drabi fl-istess klassi.



Permezz ta’ votazzjoni, l-għalliema flimkien mal-istudenti stess għażlu xogħolijiet tal-Arti ta’ fama internazzjonali li jistgħu jkunu ta’ sapport sabiex joħorġu l-kisbiet tar-riżultati tat-tagħlim waqt il-lezzjoni ippjanata. Il-biċċa xogħol tal-arti magħżula kienet tintbagħat lill-istudenti qabel il-lezzjoni sabiex dawn ikollhom ħin biżżejjed sabiex josservaw dan ix-xogħol u jeżaminaw is-sentimenti, l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet li tqajjem ġewwa fihom dik il-biċċa xogħol partikolari. Waqt dik il-laqgħa, l-istudenti iddiskutew il-perċezzjoni tagħhom u l-mod kif fehmu dik il-biċċa opra tal-arti, u l-għalliem serva bħala moderatur, li jippermetti l-mod kif l-istudenti li jkunu jixtiequ jitkellmu, jagħmlu dan wara xulxin. Sabiex jiġi rrispettat ukoll l-ispirtu demokratiku u ugwalitarju ta’ dawn id-Dialogic Gatherings, l-students ukoll kellhom iċ-ċans li huma stess ikunu moderaturi waqt uħud mil-lezzjonijiet.

Inġenerali, l-implimentazzjoni kienet waħda ta’ suċċess, u tat spazju lill-istudenti sabiex dawn setgħu jaħsbu b’mod kreattivi u kritika dwar dawn ix-xogħolijiet ta’ arti, jaqsmu l-idejat u l-ħsibijiet tagħhom bejniethom, jiksbu aktar kunfidenza biex jitkellmu dwar l-arti quddiem l-oħrajn u jkunu ta’ sapport għal studenti li normalment isibuha diffiċli li jikkomunikaw u jipparteċipaw aktar waqt id-diskussjonijiet.