Taħdita onlajn: It-Tifsira tal-Ispiritwalita` fl-Art

L-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli bi pjaċir tippreżenta taħdita onlajn mill-artist u alumni Anthony Spagnol bit-titlu ‘It-Tifsira tal-Ispiritwalita` fl-Arti’, fis-17 ta’ Diċembru. Dan l-avveniment jibda fis-6 pm u jintemm għall-ħabta tas- 7.30pm.




Is-Sur Spagnol, Konservatur Anzjan ta’ Heritage Malta, tella’ diversi wirjiet personali u kollettivi. Hu beda l-karriera tiegħu bħala artist figurattiv imma wara mexa lejn dak li hu astratt, xi ħaġa li huwa jikkonsidra bħala lingwa spiritwali immens. F’din ir-rappreżentazzjoni, Spagnol ser jesplora ir-rabta bejn l-arti tiegħu u l-aproċċ tiegħu lejn it-tpinġija u l-ispiritwalita`.


Il-preżentazzjoni tkompli b’taħdita bejn l-artist u l-istudent tal-Iskola tal-Arti f’Malta, Pietru Farrugia, li fix-xogħolijiet u l-prattika tiegħu jiffoka fuq l-intersezzjoni bejn l-ispiritwalita` u l-fejqan. Ikun hemm ħin imbagħad għal mistoqsija u tweġiba, miftuħa għall-parteċipanti kollha, sabiex dawn iressqu l-mistoqsijiet u l-osservazzjonijiet tagħhom relatati mat-tfittxija tas-sagru u l-kontemporanju fl-arti.


L-istudenti tal-Arti ġewwa l-Iskola tal-Arti f’Malta, kif ukoll il-pubbliku inġenerali huma mistednin isegwu dan l-avveniment permezz tal-Microsoft Teams fuq dan il-link:

https://teams.microsoft.com/l/meetup-join/19%3ameeting_MWNl…