Pop-Up Open Art Studio ġewwa l-Iskola tal-Arti f’Malta

L-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli bi pjaċir ħadet sehem f’Allura’s il-proġett ta’ ‘The Trail – Valletta’ fit-30 u fil-31 ta’ Ottubru. Matul dan l-avveniment mifrux fuq tmiem il-ġimgħa, l-iskola laqgħet fiha kollezzjoni ta’ arti tal-artista Dr Christine Porter Lofaro. Il-wirja imbagħad ġiet imġedda sas-17 ta’ Novembru.



‘The Trail’ kienet tikkonsisti minn pop-up open art studios, minn diversi pitturi kontemporanji, f’diversi postijiet kulturali ġewwa l-Belt Valletta. Matul dan l-avveniment, l-artista tat opportunita` unika lil dawk li żaru l-wirja billi attwalment tpitter il-pitturi tagħha u b’hekk tathom l-opportunita` li jitkellmu magħha waqt l-istess ħidmietha.


Dr Porter Lofaro hi akkademika ġewwa l-Universita` ta’ Malta u minn eta` żgħira bdiet il-prattika tagħha fl-arti ġewwa l-Iskola tal-Arti f’Malta. Il-forte tagħha jinsab fir-Realiżmu u fl-2019 rebħet premju fil-Kompetizzjoni tal-Arti Negroni 100.