Kollaborazzjoni sabiex jingħata taħriġ innovattiv lill-Għalliema ġewwa Għawdex.

Permezz ta’ ftehim li seħħ bejn lL-Akkademja Eekhout mill-Belġju u l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, ser jiġu offruti korsijiet speċjalizzati ġewwa Għawdex minn din is-sena skolastika.  Dawn il-korsijiet residenzjali jiffukaw dwar “Leadership, Eduational Qaulity And Innovation” li ser isir f’ Marzu u dak tal-“Meta-learning and Thinking Skills” f’April. 



Eekhout  hija Istituzzjoni Belġjana speċjalizzata fit-taħriġ tal-għalliema fuq livell Ewropew u toffri korsijiet residenzjali f’diversi pajjiżi – issa f’Ghawdex.  Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli huwa  r-Receiving Partner. Il-Kap tan-Network tal-Kulleġġ, is-Sur Victor Galea qal: “Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim qed noħolqu opportunita` għall-għalliema lokali u mexxejja tal-iskejjel, sabiex jitħarrġu fi proċessi  innovattivi għat-tibdil meħtieġ fl-edukazzjoni mogħtija llum, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-bidliet meħtieġa għall-Edukazzjoni tas-seklu 21. B’dan il-mod inkunu qed noħolqu netwerks u sinerġija bejn l-għalliema Ewropej u dawk lokali.”  

L-Għalliema li japplikaw għal dan it-taħriġ ikunu jistgħu jibbedenikaw minn fondi disponibbli ta’ wieħed mill-Programmi Edukattivi Ewropej l-ErasmusPlus