EASY TOWNS II, li hija akronimu li tfisser European Accessible Sustainable Young TOWNS, huwa proġett iffinanzjat mill-Programm tal-Unjoni Ewropea “Europe for Citizens.”
Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli li kien rappreżentat mill-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ Victor Galea u Dr Reuben Pace għalliem assenjat ma’ dan il-Kulleġġ, ħadu sehem f’werkxops u fi żjarat gwidati ġewwa Niepolomice – belt viċin ta’ Krakow fil-Polonja. Hemm tnax –il Belt Ewropea li jiffurmaw parti minn dan in- netwerk.
Id-delegazzjonijiet iddiskutew u esprimew il-viżjonijiet tagħhom dwar l-influwenza li ħalliet il-Pandemija tal-Corona u d-diffikultajiet sabiex setgħu ikunu ppjanati proġetti ta’ inklużjoni, integrazzjoni u ta’ paċi permezz tal-kultura u l-arti.
Id-delegazjoni Maltija spjegat kif f’ċirkostanzi bħal dawn, il-Kulleġġ irnexxielu “iħares ’l barra mill-kaxxa u minflok produzzjoni ta’ darba, it-tim eżekuttiv ħareġ bl-idea li jinħoloq l-ewwel Opera-Film fl-ilsien Malti: BLAT – The Island Fortress” fisser Reuben Pace il-Kompożitur u d-Direttur Artistiku tal-produzzjoni. U tabilħaqq, id-delegazzjoni Maltija qasmet it-trejler ta’ dan il-film mad-Delegati Ewropej preżenti.

Victor Galea, il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ u l-Produttur Eżekuttiv ta’ dan il-prodott bil-Malti spjega u iġġustifikka għaliex Kulleġġ għall-Arti Viżiva u Performattiva daħal għar-responsabilta` ta’ inizzjattiva daqshekk impenjattiva. “Din l-esperjenza li tinħoloq Opera-Film, ġabet magħha paradigma fil-Kulleġġ tagħna fejn Amministraturi ta’ dawn l-iskejjel speċjalizzati għall-Arti, Mużika, Drama u Żfin , ħadu xi rwoli oħra. L-aktar dak li jimmotivaw lill-għalliema tagħhom kif ukoll lill-istudenti mid-dixxiplini rispettivi tagħhom biex jieħdu tali rwoli barra mill-kompiti normali tagħhom, u flimkien ma’ professjonalisti mill-industriji tad-Divertiment ħarġu bi produzzjoni ta’ livell daqshekk għoli.”
Waqt iż-żjara tagħhom ġewwa Niepolomice, id-delegati tgħallmu u raw kif din il-belt Pollakka qegħda tiffaċċja din ir-realta` l-ġdida, dik tal-gwerra u l-invażjoni Russa fil-pajjiż qarib tagħhom l-Ukraina. Ir-rappreżentant Pollakk Przemek Kocur spjega id-diversi inizzjattivi li qed tieħu din il-belt sabiex tgħin lill-ewwel u t-tieni mewġa ta’ refuġjati Ukreni.