Sejra tittella’ wirja bit-titlu il-Maskerat ġewwa l-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Ix-xogħlijiet , minn studenti li qegħdin isegwu proġett ibbażat fuq tematika 3D immexxi mis-Sra Sephora Borg u s-Sur Matthew Pandolfino se jesplora kif dawn l-istudenti, bejn it-tnax u t-tlettax -il sena, iħarsu lejn dan l-aspett tal-Karnival.
L-esebiti jinkludu il-kartapesta tradizzjonali, u drapp u materjal riċiklabbli, ispirati mill-element Grottesk li nsibu fl-isfilati tal-Karnival. Matul il-kors, il-Professur Vicki Ann Cremona u s-Sur George Zahra taw ukoll taħdidiet lill-isudenti filwaqt li s-Sur Mario Mizzi ippreżentalhom kollezzjoni ta’ maskri magħmulin bl-idejn.
Il-pubbliku hu mistieden biex jiġi u jara din il-wirja.
il-ħinijiet tal-ftuħ huma dawn:
mill-5 ta’ Frar sad-9 ta’ Frar mid-09.00 sas-19.00 u mit-12 sat-13 ta’ Frar mid-09.00 sas-13.00.