Bejn il-15 u s-16 ta’ Frar ittellgħu jumejn intensivi ta’ żvilupp professjonali ġewwa l-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Qabel deda dan l-avveniment, li kien jikkonsisti f’werkxops prattiċi, l-Aġent Koordinatur taċ-Ċentru s-Sur Roderick Camilleri ta’ ħarsa lejn l-miri tal-iskola għal dawn is-sezzjonijiet u introduċa l-werkxops formattivi li kellhom l-għan li jappoġġjaw l-konnessjonijiet tat-tim, filwaqt li jinkoraġġixxu espressjonijiet kreattivi.
Il-gruppi kienu tal-Light Drawing Experimentation mmexxija minn Kamy Aquilina, tar-Reverse Mode Painting immexxija minn Noel Azzopardi, tal-Paper Mache minn Mark Lughermo, u tal-Introduction to Stone Carving Techniques mmexxija minn Stefan Priehyba.
Il-werkxops kollha ntlaqgħu tajjeb ħafna. Ir-riżultati ta’ dawn il-werkxops juru riżultati ta’ sodisfazzjon u jagħtu prova tad-dedikazzjoni tal-edukaturi li mexxew dawn il-werkxops formattivi.