L-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u l-Malta Crafts Foundation ingħaqdu flimkien sabiex joffru opportunita unika lill-artisti aspiranti sabiex jidħlu fid-dinja tat-tinqix tal-injam. Mit-28 sat-30 ta’ Ottubru 2024, l-iskultur u artiġjan versatili Bulgaru Kaloyan Minchev se jmexxi werkxop intensive ta’ tlett ijiem fl-Iskola tal-Arti Malta ġewwa l-Belt Valletta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.
Dan il-werkxop esklussiv se jipprovdi lill-parteċipanti b’esperjenza prattika f’diversi tekniċi tat-tinqix tal-injam taħt il-gwida ta’ Minchev, kaptan tas-sengħa tiegħu. L-avveniment iwiegħed li jkun esperjenza siewja ta’ tagħlim kemm għal dawk li jkunu għadhom jibdew kif ukoll għal dawk li jqattgħu l-injam b’esperjenza.