18/03/2020
Gheziez Studenti/Genituri
Ghadu kemm thabbar li l-iskejjel ser jibqghu maghluqa sas-17 ta’ April 2020. L-iskejjel fi hdan il-Kullegg Mikiel Anton Vassalli, qed naghmlu dak kollu li nistghu sabiex jinzamm il-kuntatt ma’ kull student u kull fejn hu possibbli jsir ‘remote teaching’.
Kif tafu, meta irregistrajtu ghal xi kors fl-iskola, kontu mitluba tipprovdu indirizz elettroniku (e-mail). Dawk li taw e-mail tajjeb diga bdew jircievu mill-ghalliema xi materjal u komunikazzjonijiet ohrajn biex kemm jista jkun it-taghlim jibqa’ ghaddej.
Nitlobkom issegwu peress li ghandna numru sostanzjali ta’ edukaturi li qieghdin jibaghtu materjal lill-istudenti permezz tal-platform tal-Kullegg (MySchools portal). Jekk ghal xi raguni mhux qed isir komunikazzjoni mal-istudenti jew tafu b’xi whud li ghadhom mhux qed jircievu mill-ghalliem taghhom, nitlobkom tikkuntatjaw lill-iskrivan tal-iskola fejn t/jattendi, u tipprovdi e-mail korrett (jekk ikun il-kaz):
MAVC, Malta School of Music: 2598 3760
MAVC, Malta School of Art: 2598 3782
MAVC, Malta School of Drama & Dance: 2598 3740
MAVC, Gozo Visual and Performing Arts School: 2598 3808
Irrid niehu din l-opportunita biex nirringrazzja lil amministrazzjoni ta’ kull skola fi hdan il-Kullegg Mikiel Anton Vassalli tal-koordinazzjoni shiha li qed iwettqu bejn l-Ufficju tieghi u l-iskejjel rispettivi. Grazzi b’mod tasew specjali lil ghalliema u edukaturi ingaggati f’dan il-Kullegg ghad-dedikazzjoni kbira li qed juru. Naf li diga’ l-maggor parti tal-ghalliema diga bdew jikkomunikaw mal-istudenti b’modi varji (telephones jew skype jew messanger, e-mails, webinars, Teams, ect. ect.). Kulhadd thalla liberu juza modi ta’ komunikazzjoni li jhossu l-ahjar. L-attendenza qed tittiehed ukoll lil dawk l-istudenti li qed isir taghlim maghhom b’mod virtwali.
F’din is-sitwazzjoni straordinarja intwera kemm fil-Kullegg taghna ghandna ghalliema/edukaturi straodinarji. Kull edukatur qed jaghmel minn kollox biex izomm kemm jista jkun l-opportunita ta’ taghlim ghaddej sahansitra anke fil-qasam tal-edukazzjoni ghal Arti Viziva u Performattiva.
Fuq kollox grazzi mill-qalb lilkom tal-koperazzjoni li qed insibu. Inzommu kuntatt u nawguralkom li ma tinhakmux mill-pandemija.
Victor Galea
Head of College Network