Tħabbru r-riżultati tal-Ewwel Kompetizzjoni tal-Arti organizzata minn “Malta Flimkien”. Alexander Buhagiar Said, ta’ 14 –il sena rebaħ l-ewwel premju fil-kategorija : ’Żgħażagħ Adoloxxenti għall-iskultura tiegħu: ‘in Shock’ (Taħt Xokk).
Alexander huwa student fl-iSkola tal-Atri fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u jinsab fit-3 livell tal-Kors Bażiku fl-Arti Virtwali. Dan ix-xogħol skolpit minn materjali li kienu lesti sar minn Alexander fid-dar tiegħu , waqt it-tagħlim li jinsab għaddej ‘on line’ u li qed ikun mogħti mill-iskola tagħna, f’dan il-perjodu partikolari. Dan kien xogħol li ntalab mill-għalliema tiegħu, Ms Wioletta Kulewska.
Malta Flimkien hija pjattaforma komunitarja li nħolqot sabiex tgħin liċ-ċittadini Maltin jgħixu ħajjithom aħjar waqt dan iż-żmien tal-pandemija tal-COVID-19, billi tipprovdi aċċess għal sapport, attivitajiet, divertiment, u servizzi utli għal individwi, familji u negozji.
“F’isem l-iSkola, jien nħossni kburi immens bil-kisba ta’ Alexander, u bil-ħidma eċċellenti li qegħdin iwettqu l-għalliema u l-membri tal-istaff tagħna f’dan iż-żmien ta’ sfida.” qal Umberto Buttigieg, Amministratur taċ-Ċentru, Skola tal-Arti fi ħdan il-KMAV.