Fiż-żmien li fih kulħadd kellu josserva is-social distancing, l-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli baqgħet tipprovdi tagħlim rimot lill-istudenti tagħna. Sabiex niċċelebraw id-dedikazzjoni u l-impenn li ntwera mill-għalliema u mill-istudenti tagħna li rnexxielhom jibdlu dawn ix-xhur partikolarment diffiċli f’opportunita ta’ kreattività u ta’ tiftix tar-ruħ, għażilna 40 biċċa xogħol tal-arti li ssawru mill-istudenti tagħna bejn it-12 ta’ Marzu u l-20 ta’ Ġunju 2020. Leta tal-istudenti minn 7 snin sa 50 sena, u dawn segwew korsijiet f’livelli differenti, li jinkuludu dal tal-livell 1- Introduzzjoni Prelimenari għall-Arti Viżiva sal-livell 4- Arti Viżwali Avvazata.