Wara li ngħata taħriġ onlajn lil numru ta’ membri tal-istaff u edukaturi mill-Iskola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli minn CREA (Community of Research on Excellence for All) dwar il-qafas teoretiku u l-bażi xjentifiku tal-Azzjonijiet li jwasslu għal Suċċess fl-Edukazzjoni mogħtija, b’mod partikulari Ġabriet ta’ Arti Djalogika jitgħallmu permezz tal-esperjenza prattika, li saret nhar it-Tnejn 19 ta’ April 2021, il-parteċipanti kellhom l-opportunita` jitgħallmu mill-esperjenzi tal- Iskola I.E.S Alfonso II School f’Oviedo – Spanja, billi jimplimentaw inizjattivi bħal dawn mal-istudenti tagħhom.
Is-Sra Pilar Fernandez, għalliema tal-Letteratura Ingliża ġewwa l-iskola I.E.S Alfonso II School f’Oviedo ippreżentat l-esperjenzi tal-iskola meta implimentaw il-Ġabriet ta’ Arti Djalogika, billi spjegat il-metodu użat biex jippreparaw għal dawn l-inizjattivi u jħaffuhom. Hi enfasizzat il-benefiċċji ta’ inizjattivi bħal dawn li jimmotivaw lill-istudenti kollha sabiex jipparteċipaw aħjar waqt il-lezzjonijiet, biex jaħsbu b’mod kritiku, biex jesprimu dak li jkunu qegħdin iħossu u kif ukoll il-ħsibijiet tagħhom u biex irawmu djalogu u kollaborazzjoni aħjar bejn il-membri kollha tal-iskola.
Ħadu sehem f’din is-sessjoni diversi sutdenti mill-iskola I.E.S Alfosno II, ġenituri/kustodji u għalliema li qasmu l-esperjenzi tagħhom u l-benefiċċji li ħadu minn Ġabriet ta’ Arti Djalogika bħal dawn. L-esperjenzi tagħhom kienu ta’ benefiċċju u nkoraġġiment kbir għall-istaff u l-għalliema tal-iSkola tal-Arti Malta li qegħdin fil-proċess li jitgħallmu aktar u jibdew jimplimentaw Azzjonijiet għal Suċċess fl-Edukazzjoni bħala parti integrali mill-esperjenza tat-tagħlim waqt il-lezzjonijiet tal-Arti.