BLAT: The Island Fortress – Trailer tal-Opera-Film

Ninsabu f’Marzu tas-sena 1940, b’nofs l-Ewropa imdaħħla sew fil-gwerra bejn l-allejati u l-Axis imam s’issa Malta għadha meħlusa mill-kefrija tal-gwerra. Madeleine, tfajla li ġejja minn klassi medja u li tgħix il-belt Valletta issir tħobb lil Marco, taljan li huwa faxxist ferventi u dan joħloq problemi ma’ missier Madeliene peress li dan tal-aħħar huwa imperjalist akkanit. Sadattant Klinu, ħaddiem tat-Tarzna ukoll jissaħħar wara Madeliene, imma Bessy, il-barmaid ħabiba tiegħu ġewwa Strada Stretta twissieħ, li hu ma kienx ġej mill-istess klassi soċjali tagħha.  Iżda qabel dan it-trijanglu ta’ mħabba ma kellu biżżejjed żmien biex jiżviluppa, il-gwerra taħkem lill-gżejjer tagħna u kollox jinqaleb ta’ taħt fuq peress li kulħadd ikun sfurzat isib rifuġju ġewwa x-xelters imħaffrin taħt l-art.  Imma kif ser tkun Malta ġdida meta l-poplu jibda jiffaċċja r-realta’ ġdida ta’ wara l-gwerra?  



BLAT: Il-Gżira Fortizza huwa l-aħħar proġett tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli produzzjoni eżekuttiva tal-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ Victor Galea, flimkien mal-pjazzaforma artistika Belt il-Bniedem. Din hija opera-film miktuba mill-maestro Dr Reuben Pace fuq librett ta’ Gorg Peresso u Amy Borg

 
Il-kitba u d-direzzjoni tal-film saru minn Alan Fenech. BLAT hija produzzjoni professjonali, li ġiet maħluqa minn solisti, mużiċisti, u artisti professjonisti. L-studenti tal-Kulleġġ kienu wkoll involuti fil-proċess, u b’hekk setgħu joqorbu lejn l-industrija li eventwalment jixtiequ jaħdmu fiha. Din kienet opportunità unika għall-istudenti, hekk kif serviet ta’ pont bejn id-dinja akkademika u l-industrija tad-divertiment. 

 
Ftit min-nies involuti jinkludu lil Umberto Buttigieg u Ken Scicluna li ħadu ħsieb id-disinn tal-kostumi u tal-produzzjoni rispettivament, lil Marco Bartolo li għamel il-muntaġġ u Althea Palombi Corlett li ħadmet fuq il-korjografija. Rodney Gauci kien id-direttur tal-fotografija. Nicola Said, Angelo Muscat, Astrid Cacciatore, Louis Cassar, Claire Ghigo, Charles Vincenti u Ken Scicluna kienu l-atturi prinċipali.  

Kristy Mercieca, studenta fl-iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva t’Għawdex iddisinjat  il-logo tal-proġett. Diversi edukaturi mill-Iskola tal-Mużika ħadu ħsieb it-tagħlim mużikali fosthom Mro Riccardo Bianchi u Marouska Attard ħadu ħsieb it-tagħlim tal-korijiet; Godfrey Mifsud, Mauro Farrugia, Joseph Camilleri Jr., Joe Debono u Gjorgji Cincievski ħadu ħsieb it-taghlim tal-istrumenti mużikali u r-recordings tagħhom. Dr Andriana Yordanova ħadet ħsieb it-tagħlim tal-vuċi lil uħud mis-solisti. 

 
BLAT, l-ewwel opera-film Maltija se tintwera lill-pubbliku dan is-sajf. 


KULLEGG MIKIEL ANTON VASSALLI flimkien ma’ BELT IL-BNIEDEM jippreżentaw BLAT: IL-GŻIRA FORTIZZA | NICOLA SAID | ANGELO MUSCAT | ASTRID CACCIATORE | LOUIS CASSAR | CLARE GHIGO | CHARLES VINCENTI | KEN SCICLUNA 

opra ta’ REUBEN PACE | librett ta’ GORG PERESSO u AMY BORG | disinn tal-kostumi UMBERTO BUTTIGIEG | muntaġġ MARCO BARTOLO | disinn tal-produzzjoni KEN SCICLUNA | korjografija ALTHEA PALOMBI CORLETT 

direttur tal-fotografija RODNEY GAUCI | produzzjoni eżekuttiva VICTOR GALEA produzzjoni REUBEN PACE | kitba u direzzjoni ALAN FENECH