Kunċerti Onlajn tal-Klassijiet – Malta School of Music

“Fi ftit ġranet, id-dinja tagħna nqalbet ta’ taħt fuq, f’tebqa t’għajn! Id-dinja kif nafuha nbidlet. Imma anki f’dan iż-żmien mqalleb, il-mużika għandha l-funzjoni tagħha li tgħaqqadna flimkien.” (Shevaun Rooney, 14-il sena, Student tal-Vuċi) Bejen mofs Marzu u l-aħħar ta’ Ġunju, il-lezzjonijiet fl-iskola tal-Mużika f’Malta f ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ħadet żvolta differenti għal kollox. […]

30 June |

Titjib fl-Iskola

Biex tmexxi skola li tilqa’ fiha ’l fuq minn 1200 student, 70 kors  u li tinkorpora fiha  4 departmenti (arti, mużika, drama u danza) taħt saqaf wieħed, irid ikollok għajnejk miftuħa għal dak li se jiġri fil-futur u ħsieb kontinwu biex tagħmel manutenzjoni tajba u li dejjem taġġorna u ttejjeb l-ambjent fiżiku tal-iskola. Hu biss b’dan il-mod li l-iskola tibqa’ tappella, […]

25 June |

Tijatru Virtwali

Dak li għall-bidu deher impossibli, jiġifieri li l-lezzjonijiet tad-Drama u d-Danza jsiru onlajn, issa nibidel fi storja ta’ suċċess għall-Iskola tad-Drama u d-Danza, Malta.  F’dawn ix-xhur li fihom l-iskejjel inżammu magħluqin minħabba fil-Pandemija tal-COVID 19, it-teknoloġija fetħet bibien ġodda għal-tagħlim virtwali. Il-lezzjonijiet fl-iskola tagħna baqgħu sejrin bis-sistema onlajn u grazzi għall-għalliema dedikati u għall-istudenti tagħna […]

|

Arti fi Żmien il-Kwarantina – KMAV- Skola tal-Arti f’Malta

Fiż-żmien li fih kulħadd kellu josserva is-social distancing, l-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli baqgħet tipprovdi tagħlim rimot lill-istudenti tagħna. Sabiex niċċelebraw id-dedikazzjoni u l-impenn li ntwera mill-għalliema u mill-istudenti tagħna li rnexxielhom jibdlu dawn ix-xhur partikolarment diffiċli f’opportunita ta’ kreattività u ta’ tiftix tar-ruħ, għażilna 40 biċċa xogħol tal-arti li ssawru mill-istudenti tagħna bejn […]

|

Messaġġ ta’ Tmiem is-Sena Skolastika għal Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

Għeżież Għalliema, Ġenituri u Studenti fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli   Wasalna fi tmiem ta’ sena skolastika oħra. Sena li kienet karatterizzata minn sfidi ġodda anki b’ tagħlim  li beda fl-iskola u spicca b’lezzjonijiet onlajn kull fejn kien possibbli.   Bħalissa l-edukaturi qed jaħdmu fuq ir-riżultati u l-kummenti b’suggerimenti, u dawn għandkom tirċevuhom mill-iskola […]

Victor Galea

19 June |

Masterclasses tal-Flawt onlajn fl-Iskola tal-Mużika f’Malta

Il-Flawtista Nicola Woodward wettqet masterclass ta’ ispirazzjoni nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju, għall-istudenti tal-flawt tal-Iskola tal-Mużika. Wara li tat feedback b’perspettiva kbira lill-parteċipanti kollha, Nicola kompliet bil-preżentazzjoni interessanti u informattiva dwar l-aktar tekniċi kontemporanji tal-flawt li jintużaw llum – trattament li tassew niżel għasel ma’ kulħadd….. mal-istudenti, mal-għalliema u mal-osservaturi Nicola Woodward, ko-fundatriċi tar-Rockhampton Festival, […]

Miżuri Preventivi kontra il-Covid-19 fl-Iskejjel tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.

Wara direzzjonijiet li ngħataw lill-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ qed jassikura li dawn il-prekawzjonijiet indikati mill-awtoritajiet tas-saħħa ikunu addotti ġewwa l-uffiċini u l-postijiet tax-xogħol fi ħdan il-Ministeru. L-uffiċċini kollha fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC) qegħdin jimplementaw diversi miżuri sabiex jilqgħu lura fi ħdanhom lill-istaff kollu, sintendi barra lill-edukaturi, f’ambjent ta’ xogħol sikur. Kull skola […]

5 June |

Tema mill-Jupiter Clarinet Quartet

Studenti mill-iskola VPA fi ħdan il-Kulleġġ Mikeil Anton Vassalli Amy Mizzi, Colette Attard, Kurt Vella & Jacques Bouvier bil-koordinazzjoni tal-għalliem tal-Klarinett, Noel Curmi ħolqu filmat ta’ ensemble li jġib l-isem “Theme from Jupiter” mill-kompożitur Ingliż composer Gustav Holst. Fi żmien ta’ pandemija, Is-Sur Noel Curmi u l-istudenti tiegħu ikkomunikaw bejniethom permess tas-sistema onlajn u lkoll flimkien irrekordjaw […]

22 May |

Ma teżisti l-ebda arti mingħajr dedikazzjoni

Għal dawn l-aħħar ġimgħat il-ħajja tagħna lkoll kienet kif tafu tajjeb imħarbat minħabba l-Pandemija Covid , però l-arti baqgħet għaddejja. Bil-għajnuna u taħt it-tmexxija tal-għalliema kollha tagħhom, l-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva f’Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli baqgħu għaddejjin jipprattikaw u jiddedikaw ħajjithom b’ċertu passjoni għax-xogħol tagħhom. L-iskola ħejjiet filmat ta’ wħud  mill-prattiċi […]

19 May |

Qafas ta’ tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet edukattivi

Għeżież, L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti jixtieq jinfurmakom illi bħalissa l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed ifassal qafas ta’ tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet edukattivi wara li dawn ġew magħluqa temporanjament kaġun tat-tixrid tal-imxija COVID-19.  Dettalji kif ġej:  Jitfassal qafas ta’ tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet edukattivi  Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kien proattiv mill-bidu nett fiċ-ċirkostanzi straordinarji li ġabet magħha […]

Dr Francis Fabri - Permanent Secretary

14 May |

Wieħed mill-istudenti ta’ l-iSkola tal-Arti ġie elenkat fil-fażi tal-finali tal-kompetizzjoni ‘Be the Artist’

Wieħed mill-istudenti li jattendi l-iSkola tal-Arti fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Malta ġie elenkat fost wieħed minn 25 fil-fażi tal-finali, minn fost 160 sottomissjoni f’kompetizzjoni organizzata minn Heritage Malta għal tfal bejn l-erba’ snin u s-sittax –il sena, ‘Be the Artist’ (Kun l-Artist) Jacob Grech Mallia, li għandu 9 snin, huwa wieħed mill-finalisti. Il-Kulleġġ […]

12 May |

Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli qed jikkontribwixxi waqt dan iż-żmien tal-pandemija

“Ninsabu sodisfatti li l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli wkoll qed jikkontribwixxi waqt dan iż-żmien tal-pandemija Covid-19 u mill-ġimgħa d-dieħla s-sala tal-iSkola tal-Mużika li tinsab fi Triq Ġuże Abela Scolaro Ħamrun ser tingħata lill-Awtoritajiet tas-Saħħa  għat-tliet xhur li ġejjin, ” qal il-Principal tal-Kullegg Victor Galea. Bil-ħsieb li jkollna spazju biżżejjed għal tagħmir protettiv, din is-sala qed tigi […]