L-iSkola tad-Drama u d-Danza tinsab f’luttu wara t-telfa ta’ Alfred Mallia, ex Kap ta’ din l-iskola. Kien hu li waqqaf il-pedamenti biex naslu għall-iskola li għandna llum. Alfred, l-iSkola tagħna tibqa’ għal dejjem grata lejk. Inwasslu l-kondoljanzi sinċiera lill-familja u lill-ħbieb kollha. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem!
4 May |
Tħabbru r-riżultati tal-Ewwel Kompetizzjoni tal-Arti organizzata minn “Malta Flimkien”. Alexander Buhagiar Said, ta’ 14 –il sena rebaħ l-ewwel premju fil-kategorija : ’Żgħażagħ Adoloxxenti għall-iskultura tiegħu: ‘in Shock’ (Taħt Xokk). Alexander huwa student fl-iSkola tal-Atri fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u jinsab fit-3 livell tal-Kors Bażiku fl-Arti Virtwali. Dan ix-xogħol skolpit minn materjali li kienu […]
28 April |
Għeżież Kollegi, Ġenituri u Studenti tal-iSkola tal-Mużika fi ħdan il-KMAV, Malta, Hu pjaċir tiegħi li nilqa’ lis-Sra Maria Blanco, li għadha kemm ingħatat il-kariga ta’ Kap tal-iSkola tal-Mużika fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Is-Sra Blanco ingħaqdet magħna minn mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, li fiha reċentement kienet qed tmexxi id-dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Iżvilupp. Qabel dan Maria […]
26 April |
Għal ħafna ġenerazzjonijiet il-mużika dejjem għenet biex il-bniedem jegħleb żminijiet diffiċli u koroh u lkoll flimkien bħala familja waħda jien u l-istudenti tiegħi ħejjejna din il-kanzunetta sabiex tnissel xi ftit tal-ferħ u l-hena. Kemm il-kantanti klassiċi kif ukoll dawk kontemporanji ingħaqdu flimkien biex kantaw il-kanzunetta: “When you believe”, meħuda mill-film Prince of Egypt. Irridu nemmnu, […]
22 April |
Wara li kwazi tlesta x-xoghol ta’ restawr tal-faccata tal-binja storika ‘Casa Brunet’ fi Triq l-Ifran fil-Belt Valletta, issa dahal gmielu ix-xoghol fuq gewwa sabiex din il-binja li ilha isservi bhala Skola tal-Arti sa mis-seklu 20 tkun verament skola li taspira kemm lill-ghalliema u studenti l-imhabba lejn l-Arti u l-Kreattivitá. Ix-xoghlijiet fuq gewwa tal-iskola jinkludi restawr […]
20 April |
Nieħdu l-opportunita` sabiex nroddu ħajr lill-istudenti kollha, speċjalment dawk li ħadu sehem f’dan il vidjo – għall-entużjażmu tagħhom u l-livell għoli ta’ l-impenn li wrew. Normalment, f’dawn iż-żminijiet, inkunu qegħdin intellgħu diversi spettakli madwar il-gżira, imma din is-sena kellna nimxu mod differenti. Nittamaw li din il-biċċa xogħol umli tagħna tħalli marka mqar ċkejkna, u ftit […]
12 April |
Wara li kien tħabbar li l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex ser jibqgħu magħluqin sal-aħħar tas-sena skolastika 2019/2020 kawża tal-pandemija tal-Covid-19, nitolbukom tieħdu nota tal-linji gwidi li ġejjin u li se jibqgħu japplikaw biss għal din is-sena skolastika sakemm ma jkunx hemm aktar notifiki mill-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta. Ġentilment nitolbuk tirreferi għall-iSkola Speċjaliżżata li fiha jew […]
6 April |
Gheziez Studenti/Genituri
Ghadu kemm thabbar li l-iskejjel ser jibqghu maghluqa sas-17 ta’ April 2020. L-iskejjel fi hdan il-Kullegg Mikiel Anton Vassalli, qed naghmlu dak kollu li nistghu sabiex jinzamm il-kuntatt ma’ kull student u kull fejn hu possibbli jsir ‘remote teaching’.
Kif tafu, meta irregistrajtu ghal xi kors fl-iskola, kontu mitluba tipprovdu indirizz elettroniku (e-mail). Dawk li taw e-mail tajjeb diga bdew jircievu mill-ghalliema xi materjal u komunikazzjonijiet ohrajn biex kemm jista jkun it-taghlim jibqa’ ghaddej.
20 March |
Tlett studenti tal-vuċi mill-iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva, il-ġimgħa l-oħra ħadu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-Maltese Islands Festival li sar ġewwa l-iSpazju Kreattiv ta’ St James Cavalier u ġewwa l-Phoenicia Malta fl-4, fil-5, fis-6, fis-7 u fit-8 ta’ Marzu 2020. Il-Maltese Islands Festival joffri opportunita` lill-artisti li jkunu għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom sabiex jifformaw apprezzament ta’ standards artistiċi u […]
9 March |
Wara li ġew installati l-hand sanitisers fil-kuruturi kollha tal-iskola, l-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva, qed tnedi “SPREAD ART NOT GERMS” għaliex l-Arti, il-Mużika, id-Drama u d-Dance huma parti mill-espressjoni tan-natura umana li tibqa’ għaddejja jiġri x’jiġri!
2 March |
Nhar il-Ħamis 27 ta ’Frar 2020, is-Sur Victor Galea Kap tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli laqa’ lill-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onor Dr Owen Bonnici u lis-Segretarju Permanenti tal-istess ministeru Dr Francis Fabri, fl-uffiċċju principali tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli fil-Ħamrun. Il- Ministru kien akkumpanjat jara’ il-klassijiet tal-Arti, Drama u Żfin u Mużika. Minbarra li ltaqa’ mal-kapijiet ta’ l-iskejjel rispettivi, […]
29 February |
Bħala tweġiba għall-alert tal-CoronaVirus, l-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva installat Hand Sanitisers madwar l-iskola, fil-kurituri, fl-entratura u barra l-kmamar tal-banju. Vincent Caruana, il-kap tal-iskola AVP qal li aħjar “tipprevjeni mill tikkura ”. Il- hand sanitizers ser tagħti l-possibilitajiet kollha lill-istudenti, ġenituir u gwardjani, l-għalliema u l-membri kollha tal-istaff biex ikomplu jaħdmu b’aktar protezzjoni mill-virus li […]
28 February |