Dialogic Art Gathering transnazzjonali bejn studenti minn Malta u Spanja.  

L-aħħar stadju fil-proġett tal-e-twinning bejn l-Iskola tal-Arti, Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u l-Iskola I.E.S Alfonso II ġewwa Spanja se tinvolvi Dialogic Art Gathering transnazzjoali onlajn bis-sehem ta’ studenti u edukaturi miż-żewġ skejjel. Bejn 30 student li l-eta tagħhom tvarja bejn it-12 u s-16 –il sena, flimkien ma’ għalliema, staff u membri tal-komunita miż-żewġ pajjiżi sejrin jingħaqdu flimkien għal Dialogic Art gathering nhar il-Ħamis 3 ta’ Ġunju li jibda fil-17.30.


Waqt dan il-gathering se jiġu studjati żewġ biċċiet tal-arti minn kollezzjoni pubblika Maltija u oħra minn Artist Spanjol. L-istudenti ngħataw l-opportunita` li jivvutaw sabiex setgħu jagħżlu x-xogħolijiet minn ġabra ta’ sitt biċċiet tal-arti famużi. Il-biċċiet tal-arti li rċevew l-akbar ammont ta’ voti kienu il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann ta’ Caravaggio u il-Las Meninas ta’ Velasquez.


Las Meninas by Diego Velázquez


Qabel dan id-Dialogic Art Gathering, l-istudenti se jkollhom żmien sabiex josservaw u jistudjaw dawn iż-żewġ biċċiet tal-arti u jagħżu dawk l-elementi taż-żewġ biċċiet tal-arti sabiex jidħlu iktar fil-fond dwarhom. F’kelma oħra, il-metodu użat jiffoka l-iktar fuq il-ħsieb kritika, is-sentimenti, l-emozzjonijiet u r-relazzjoni personali mal-biċċiet tal-arti aktar milli mal-fatti u tagħrif storiku dwar dawn ix-xogħolijiet.


L-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli tixiteq tistieden lil dawk kollha interessati sabiex jingħaqdu f’din l-esperjenza u jirreġistraw billi jimlew din l-formola. Se jintbagħat kodiċi sabiex dan l-avveniment ikun jista’ jiġi aċċessat permezz tal-Microsoft teams. 
https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSfk7a7lPXNddLfb6SnPZltT4RUTjHIGxNXxkdkRZVOA4iNFFw/viewform


The Beheading of St John by Caravaggio