L-Iskola tal-Mużika f’Malta li tifforma parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli din il-ġimgħa qegħda tniedi l-ewwel Festival taċ-Chamber Music. Erbat ijiem konsekuttivi ta’ masterclasses, li jibdew fl-1 ta’ Settembru, li jilħqu l-qofol tagħhom nhar is-Sibt 4 ta’ Settembru.
10 Chamber Music Ensembles, li fihom jiddebuttaw studenti li bħalissa qegħdin isegwu l-kors tagħhom ta’ Diploma fil-Prestazzjoni tal-Mużika ġewwa l-Iskola tal-Mużika (MQF Livell 5), ser ikunu qegħdin jieħdu sehem f’din l-ewwel edizzjoni tal-Festival. Bejniethom ser ikunu qegħdin jieħdu sehem f’masterclasses għal aktar minn 30 siegħa ma’ għalliema nazzjonali u internazzjonali li għandhom esperjenza wiesa’ bħala mużiċisti taċ-chamber. Il-programm sħiħ tal-masterclasses jistgħu jitniżżlu billi tagħfsu fuq dan il-link.
Il-Masterclasses huma miftuħin biss għall-parteċipanti attivi, filwaqt li l-kunċert li ser jinżamm ġewwa l-kamra Poulenc nhar is-Sibt fis-19:30, ser ikun miftuħ ukoll għall-istdenti, ħbieb u familjari.