Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli Liċenzjat bħala Istituzzjoni Għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Id-data tas-27 ta’ April 2021 tibqa’ mnaqqxa fil-memorja u l-istorja tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (M.A.V.). Il-ġurnata li fiha l-iskejjel tal-Arti Viżiva u Performattiva, fi ħdan l-istess kulleġġ, ingħataw liċenzja bħala Istizuzzjoni ta’ Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.




Il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ is-Sur Victor Galea li hu r-rappreżentat legali tal-Kulleġġ M.AaV., huwa responsabli li jara li l-obbligi kollha marbutin mal-għoti ta’ din il-liċenzja jkunu osservati f’kull skola u f’kull ħin.


Din il-liċenzja tkompli tgħolli l-krettu tal-iskejjel speċjalizzati fit-taghlim tal-arti viżiva u performattiva f’ Mata u Ghawdex li jipprovdu programmi li huma ikklassifikati fil-livelli minn 1 sa’ 5 tal-Qafas tal-Kwalifiki f’Malta.Victor Galea temm billi awgura kemm lill-Amministrazzjonijiet u l-għalliema f’dawn l-iskejjel kif ukoll lill-2,500 studenti kull suċċess u serħan il-moħħ li l-istudji tagħhom sejrin jissarrfu f’ċertifikati akkreditati kif mistħoqq.


L-Awtorità ta’ Malta għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla twaqqfet uffiċċjalment bhala Awtorità f’Jannar 2021. Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jinkorpora fih l-Iskola tal-Mużika, l-Iskola tal-Arti u l-Iskola tad-Drama u Żfin f’Malta kif ukoll l-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva f’Għawdex.