Il-Kwalita` tal-Futur Tagħna Jiddependi fuq il-Kwalita` tal-Ħsieb Tagħna.

Il-kors META LEARNING AND THINKING SKILLS ġewwa Għawdex  kien ta’ suċċess kbir. Dawk li ħadu sehem daħlu u fehmu sew fil-proċessi meħtieġa għat-tagħlim. Kienu pprovduti diversi oqsfa li jwasslu għall-ħsieb bħalma huma l-Bloom’s taxonomy, il-ħsieb strutturat ta’ De Bono, il-ħsieb kritiku, il-mentalita` ta’ tkabbir, il-filosofija, il-meta-learning  u oqsfa ta’ ħsieb maġġuri oħra. 

 
Il-parteċipanti (Għalliema Belġjani u Għalliema Lokali) temmew il-kors f’Għawdex li kien mifrux fuq ġimgħa billi fasslu huma stess il-pjan ta’ azzjoni għall-iskola rispettiva tagħhom. B’dan il-mod, il-parteċipanti setgħu jitrażmettu l-għarfien li kisbu huma stess għall-kuntest tal-iskola tagħhom. 



Ħames għalliema mill-Iskola tal-Arti, mill-Iskola tad-Drama u Żfin u l-Iskola tal-Arti Viżiva & Performattiva ġewwa Għawdex ilkoll fi ħdan il-Mikiel Anton Vassalli kienu fost dawk li ħadu sehem. Il-Kulleġġ sponsorja wkoll lill-Kap tal-iskola Primarja fix-Xewkijau l-Assistent Kap tal-Iskola Primarja tal-Għarb – żewġt skejjel parti mill-Kulleġġ ta’ Għawdex

Fid-dinja tallum li dejjem qed tevolvi, il-ħila li wieħed jaħseb, qegħda b’rittmu mgħaġġel issir aktar prijorità minn kwalunkwe ħila u ħsieb ieħor. Dan hu evidenti b’mod speċjali fis-settur edukattiv fejn neħtieġu nies li għandhom ħila jsolvu l-problemi, nies li kapaċi jieħdu deċiżjoni u innovaturi. U biex inrawwmu  nies bħal dawn, neħtieġu modi sabiex nitgħallmu u ngħallmu. Hemm bżonn li nħejju lit-tfal tagħna għall-futur tagħhom, mhux għall-passat tagħna” saħaq il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ is-Sur-Victor Galea.



Il-parteċipanti  setgħu iżuru skola ġewwa Għawdex bħala parti mit-taħriġ tagħhom. Dan grazzi għall-kooperazzjoni  bejn il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli u l-Konservatorju tal-Isqof ġewwa l-Belt Victoria

 
Dan il-kors kien possibbli permezz tas-sħubija bejn L-Akkademja Eekhout (Belġju) u l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli