Nhar il-Ġimagħa 15 ta’ Jannar il-Ministru għal Għawdex, l-Hon. Clint Camilleri, żar l-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva sabiex jifraħ huwa stess lil studenti tal-arti żgħar li għandhom tant talenti li ħadu sehem fil-Kompetizzjoni tal-Kartolina tal-Milied.
Il-Ministru ippreżenta huwa stess premju lil dawn l-artisti ta’ bejn il-5 snin u t-12-il sena li pparteċipaw.
L-Hon. Clint Camilleri, radd ħajr lill-iskola u żied jgħid “dawn l-inizzjattivi jgħinu sabiex l-istudenti jiskopru u jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jitgħallmu ħiliet li normalment ma jiġux mgħallmin fi skola tradizzjonali.normali. xi ħaġa importanti ferm li tgħin lit-tfal tagħna jikbru f’adulti sħaħ.“
Il-Kap tal-Iskola, Is-Sur Vince Caruana radd ħajr lill-Ministeru t’Għawdex u lill-Ministru għal Għawdex għal din l-inizzjattiva li serviet bħala opportunita` li serviet bħala vetrina għat-talenti tal-istudenti.