Informazzjoni dwar assessjar/ eżamijiet fl-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC)

Wara li kien tħabbar li l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex ser jibqgħu magħluqin sal-aħħar tas-sena skolastika 2019/2020 kawża tal-pandemija tal-Covid-19, nitolbukom tieħdu nota tal-linji gwidi li ġejjin u li se jibqgħu japplikaw  biss għal din is-sena skolastika sakemm ma jkunx hemm aktar notifiki mill-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta.
Ġentilment nitolbuk tirreferi għall-iSkola Speċjaliżżata li fiha jew int jew bintek/ ibnek/uliedek tinsabu reġistrati fiha u jekk jogħġbok segwi l-linji gwidi t’hawn taħt. Dawn ikopru:

1) L-iSkola tal-Mużika f’Malta MAVC ,
2) L-iSkola tal-Mużika f’Malta MAVC Malta,
3) L-iSkola tad-Drama u d-Danza f’Malta MAVC u
4) L-iSkola tal-Arti Performattiva f’Għawdex MAVC.


1. MAVC, L-ISKOLA TAL-MUŻIKA F’MALTA

Eżamijiet tal-prattika tal-istrumenti:

L-eżamijiet annwali għad-Diploma Preliminarja tad-Diploma (MQF Livell 1 sa MQF livell 5), li ssoltu jsiru f’Ġunju, ġew ikkanċellati.

L-studenti kollha jitilgħu għas-sena skolastika 2020/21 skond kif ġej:

Introduzzjoni għall-Mużika 1 (parti mill-MQF livell 1)
L-istudenti fil-kors tal-Introduzzjoni għall-Mużika 1 studenti jimxu awtomatikament għall-kors ta’ Introduzzjoni 2.

Introduzzjoni għall-Mużika 2 (parti mill-MQF livell 1)
L-istudenti fil-kors tal-Introduzzjoni għall-Mużika 2 ikollhom joqgħodu għall-audition (aktar dettalji jingħataw dalwaqt) biex ikun jistgħu jgħaddu għall-kors strumentali, kif titlob il-proċedura tal-iSkola.

Preliminarja (parti mill-MQF livell 1)
Studenti li jinsabu fil-kors tal-Preliminarja li kellhom joqogħdu għall-eżami f’Ġunju jimxu għal Grade 1 jekk il-marka finali tal-assessjar tkun PASS. Il-Marka finali tal-Assessjar se tkun tikkonsisti minn 80% li jkunu ttieħdu mill-assessjar kontimwu ta’ kull ġimgħa li jkun ingħata mill-għalliem qabel ma tintemm l-iskola, u 20% li joħorġu mill-assessjar kontinwu tal-għalliem waqt ir-remote teaching.  

Grade 1 (parti mill-MQF livell 2)
Studenti tal-Grade 1 li kellhom joqogħdu għall-eżami f’Ġunju jimxu għal Grade 2 jekk il-marka finali tal-assessjar tkun PASS. Il-Marka finali tal-Assessjar se tkun tikkonsisti minn 80% li jkunu ttieħdu mill-assessjar kontinwu ta’ kull ġimgħa li jkun ingħata mill-għalliem qabel ma tintemm l-iskola, u 20% li joħorġu mill-assessjar kontinwu tal-għalliem waqt ir-remote teaching.

Grade 2 (parti mill-MQF livell 2)
Studenti tal-Grade 2 li kellhom joqogħdu għall-eżami f’Ġunju jimxu għal Grade 3 jekk il-marka finali tal-assessjar tkun PASS. Il-Marka finali tal-Assessjar se tkun tikkonsisti minn 80% li jkunu ttieħdu mill-assessjar kontinwu ta’ kull ġimgħa li jkun ingħata mill-għalliem qabel ma tintemm l-iskola, u 20% li joħorġu mill-assessjar kontinwu tal-għalliem waqt ir-remote teaching.

Grade 3 (parti mill-MQF livell 2)
Studenti tal-Grade 3 li kellhom joqogħdu għall-eżami f’Ġunju jimxu għal Grade 4 jekk il-marka finali tal-assessjar tkun PASS. Il-Marka finali tal-Assessjar se tkun tikkonsisti minn 80% li jkunu ttieħdu mill-assessjar kontinwu ta’ kull ġimgħa li jkun ingħata mill-għalliem qabel ma tintemm l-iskola, u 20% li joħorġu mill-assessjar kontinwu tal-għalliem waqt ir-remote teaching.

Grade 4 (parti mill-MQF livell 3)
Studenti tal-Grade 4 li kellhom joqogħdu għall-eżami f’Ġunju jimxu għal Grade 5 jekk il-marka finali tal-assessjar tkun PASS. Il-Marka finali tal-Assessjar se tkun tikkonsisti minn 80% li jkunu ttieħdu mill-assessjar kontinwu ta’ kull ġimgħa li jkun ingħata mill-għalliem qabel ma tintemm l-iskola, u 20% li joħorġu mill-assessjar kontinwu tal-għalliem waqt ir-remote teaching.

Grade 5 (parti mill-MQF livell 3)
Studenti tal-Grade 5 li kellhom joqogħdu għall-eżami f’Ġunju jimxu għal Grade 6 jekk il-marka finali tal-assessjar tkun PASS. Il-Marka finali tal-Assessjar se tkun tikkonsisti minn 80% li jkunu ttieħdu mill-assessjar kontinwu ta’ kull ġimgħa li jkun ingħata mill-għalliem qabel ma tintemm l-iskola, u 20% li joħorġu mill-assessjar kontinwu tal-għalliem waqt ir-remote teaching.

Grade 6 (parti mill-MQF livell 4)
Studenti tal-Grade 6 li kellhom joqogħdu għall-eżami f’Ġunju jimxu għal Grade 7 jekk il-marka finali tal-assessjar tkun PASS. Il-Marka finali tal-Assessjar se tkun tikkonsisti minn 80% li jkunu ttieħdu mill-assessjar kontinwu ta’ kull ġimgħa li jkun ingħata mill-għalliem qabel ma tintemm l-iskola, u 20% li joħorġu mill-assessjar kontinwu tal-għalliem waqt ir-remote teaching.

Grade 7 (Parti mill-MQF livell 4)
Studenti tal-Grade 7 li kellhom joqogħdu għall-eżami f’Ġunju jimxu għal Grade 8 jekk il-marka finali tal-assessjar tkun PASS. Il-Marka finali tal-Assessjar se tkun tikkonsisti minn 80% li jkunu ttieħdu mill-assessjar kontinwu ta’ kull ġimgħa li jkun ingħata mill-għalliem qabel ma tintemm l-iskola, u 20% li joħorġu mill-assessjar kontinwu tal-għalliem waqt ir-remote teaching.

Grade 8 (Parti mill-MQF livell 4)
L-istudenti fil-Grade ikollhom joqogħdu għall-eżami prattiku formali fl-ewwel ġimgħa ta’Ottubru (jiddependi dejjem jekk ikunx inħareġ il-permess mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika ). Biex l-istudenti fi Grade 8 ikunu jistgħu jimxu għad-Diploma fil-Prestazzjoni, iridu jissodisfaw il-kriterji rikjesti mill-policy speċifika tal-iskola.

Diploma (MQF livell 5)
L-eżamijiet prattiċi tad-Diploma se jsiru fit-tielet ġimgħa ta’ Ottubru (jiddependi dejjem jekk ikunx inħareġ il-permess mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika).  Ir-Reparatorji isiru fit-tielet ġimgħa ta’ Novembru.

Xi punti importanti oħra:

Il-marka finali tal-assessjar (Preliminarja sa Grade 7) se tingħata bħala Pass jew Fail.

Dawk l-istudenti li jġibu Fail fil-marka tal-assessjar finali jkollhom jirrepetu s-sena.

Dawn l-istudenti li daħlu tard matul din is-sena skolastika bħala late entries, u li ma kellhomx jagħmlu l-eżami f’Ġunju, jistgħu awtomatikament jissoktaw bl-istudji tagħhom fl-istess grade fis-sena skolastika li jmiss.

Kull student li għalkemm ikun kiseb il-Pass meħtieġ imma jħoss li xorta għandu jirrepeti s-sena, jista’ jagħmel dan jekk it-talba tkun approvata mill-għalliem u mill-Kap tal-iSkola. Talbiet biex tiġi ripetuta –s-sena skolastika għandhom jaslu għand l-Amministrazzjoni tal-iSkola sat-30 ta’ Gunju.

Studenti li s-sena skolastika 2019-2020 kienet waħda ta’ estensjoni jew waħda li ġiet ripetuta MA JISTGĦUX jirrepetu s-sena.

Studenti tal-Leisure Kors jitilgħu fis-sena li jmiss fid-diskrezzjoni tal-għalliema rispettivi tagħhom wara li jkunu ikkonsultaw mal-Amministrazzjoni tal-iSkola.

Nitolbukom tinnutaw li l-iskola MHUX SER TKUN QED TOFFRI tagħlim u/jew akkumpanjament matul is-sajf lil studenti tal-Grade 8 u fil-Livell li jkunu ser joqgħodu għall-eżami f’Ottubru.

Fis-sitwazzjoni preżenti, l-għalliema ser ikomplu jsegwu lill-istudenti sal-ġimgħa li tintemm fl-20 ta’ Ġunju.


Gradi Ekwivalenti u livelli ta’ MQF :

Prattiku ( strument solo)

MQF Livell 1 = Introduzzjoni għall-Mużika 1, Introduzzjoni għall-Mużika 2 & Preliminarja
MQF Livell 2= Gradi 1, 2 & 3
MQF Livell 3 (Livell Ordinarju) = Gradi 4 &  5
MQF Livell 4 (Livell Avvanzat) = Grad 6, Grad 7 & Grad 8
MQF Livell 5 = Diploma
 
Għarfien & Fehim tal-Mużika/ Tagħrif u Fehim tal-Jazz (Teorija)
MQF Livell 1 = Preliminarju
MQF Livell 2= Gradi 1, 2 & 3
MQF Livell 3 (O level) = Gradi 4 & 5
MQF Livell 4 (Avvanzat) = Gradi 6, 7 & 8
MQF Livell 5 = Diplomaa



Għarfien & Fehim tal-Mużika/ Tagħrif u Fehim tal-Jazz (Klassijiet ta’ Teorija MKU)

L-eżamijiet tal-MKU għall-korsijiet mill-Preliminarja sal-Grade 7 (MQF Livell 1 sa 4) mhumiex ser isiru f’Ġunju 2020 imma l-marka finali se tkun ibbażata fuq l-Assessjar Kontinwu li jkun sar bejn Ottubru 2019 u l-20 ta’  Ġunju 2020, inkluż l-eżamijiet tas-Solfeggio, tal-Orali u u tas-Smigħ. Ir-riżultat li jingħata jkun dak ta’ Pass jew Fail.

Studenti tal-Grade 8 (MQF Livell 4) jkollhom joqogħdu għall-eżami formali bil-miktub f’Settembru (jiddependi dejjem fuq il-permess tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ). L-istudenti tal-Grade 8 li jixtiequ jkomplu fil-livell ta’ Diploma fil-Mużikoloġija u Kompożizzjoni , iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-soltu kif imfissra fil-policy tal-iSkola.



4. SKOLA TAL-ARTI F’MALTA MAVC

L-Edukaturi tal-iskola qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jassiguraw tagħlim virtwali kontinwu fil-korsijiet tal-livelli tal-MQF. Dan ifisser, qed tittieħed l-attendenza ta’ dawn l-istudenti. Dawk l-istudenti li jkompli jsegwu l-lezzjonijiet virtwali, ikun jistgħu jitilgħu fis-sena li jmiss.

Bħala attendenza nifhmu l-forma ta’ parteċipazzjoni skond ir-rekwiżiti tal-edukatur li jkun qed jgħallem dak il-kors. Dan ifisser isegwi lezzjoni online partikolari, jagħtu lura x-xogħol bil-miktub li jkun ġie miftiehem b’xi mod jew ieħor skond dak il-kors partikolari. Dan jitsa’ jikkonsisiti f’kumbinazzjoni ta’ żewġ kriterji msemmijin jew aktar.

B’attendenza regolari nifhmu li biex student jingħata Ċertifikat ta’ Attendenza hu/hi iridu jkunu attendew 80% tal-lezzjonijiet. L-Attendenza tittieħed skond id-dettalji li ngħataw iktar’l fuq u għalhekk jinkludu l-parteċipazzjoni fil-lezzjonijiet online u tagħlim remot.

Rimarki oħra:

  1. Kunu ċerti li kull student ikollu email uniku (bħalma hu l-gmail) u ibagħtu d-dettalji lill-amministrazzjoni tal-iskola kif meħtieġ. Dan se jintuża fuq il-MySchool biex l-għalliema tagħna ikunu jistgħu jikkomunikaw b’ħeffa mal-istudenti tagħhom.
  2. Kunu ċerti li l-email ta’ kuraturi ikun korrett.
  3. Kunu ċerti li n-numru tal-mobile mogħti lill-iskola hu korrett.
  4. Iċċekkjaw l-emails u l-sms regolarment u wieġbu kif meħtieġ.

3. MALTA SKOLA TAD-DRAMA & DANZA MALTA MAV

(L-Istess linji gwidi bħal dawk tal-iSkola tal-Arti mogħtija hawn fuq)


4. SKOLA TAL-ARTI VIŻWALI U PERFORMATTIVA F’GĦAWDEX

Din l-iSkola f’Għawdex tinkorpora 3 dipartimenti:

MUŻIKA (l-istess linji gwida bħal dawk tal-iSkola tal-Mużika f’Malta mogħtija aktar ’l fuq)

DRAMA & DANZA (l-istess linji gwida bħal dawk tal-iSkola tad-Drama u d-Danza f’Malta mogħtija aktar ’l fuq)

ARTI (l-istess linji gwida bħal dawk tal-iSkola tal-Arti f’Malta mogħtija aktar ’l fuq)


Dawk minnkom li jixtiequ jiċċaraw aktar, jistgħu jagħmlu kuntatt mal-iskola rispettiva jew permezz ta’ e-mail kif ġej:


MAVC, Skola tal-Mużika f’Malta: 2598 3760, 2598 3762, 2598 3767,
mavc.schoolofmusic@ilearn.edu.mt


MAVC, Skola tal-Arti f’Malta: 2598 3782,
mavc.schoolofart@ilear.edu.mt


MAVC, Skola tad-Drama & Danza: 2598 3741,
mavc.schoolofdrama@ilearn.edu.mt


MAVC, Skola tal-AVP f’Għawdex: 2598 3801, 2598 3802,            
mavc.vpaschoolgozo@ilearn.edu.mt 


Grazzi tal-koperazzjoni u tal-fehim tagħkom.
Nawguralkom kull ġid u oqogħdu ġewwa fis-sigur.

Victor Galea
Kap tan-Network tal-Kulleġġ
Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli