Inkabbru l-effiċjenza tat-tagħlim fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

EnlargeSEAS (Azzjonijiet Edukattivi ta’ Suċċess għal Kulħadd) għandu l-għan li jestendi ma’ pajjiżi oħra in-netwerk ta’ skejjel li jimplimentaw u jaqsmu ma’ oħrajn l-Azzjonijiet Edukazzjonali ta’ Suċċess fl-Ewropa, (SEAS). Dawn is-SEAS ġew analizzati u identifikati mill-proġett INCLUD-ED (iffinanzjat mill-Kommissjoni Ewropea fi ħdan il-Programm tas-Sixth Framework), bħala azzjonijiet li jkomplu jkabbru r-riżultati akkademiċi għall-istudenti kollha, speċjalment dawk ġejjin minn gruppi vulnerabbli, ikomplu jtejbu l-coeżistenza, il-parteċipazzjoni tal-familja u l-inklużjoni koeżjoni soċjali.

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli sentejn ilu kien parteċipant attiv u kienu ittieħdu diversi inizzjattivi: Gruppi Interattivi, Laqgħat ta’ Djalogi Literarji u parteċipazzjoni Edukattiva tal-kommunita`.


Il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ Victor Galea qal: “Permezz ta’ dan il-proġett, li kien jinkludi taħriġ li sar ġewwa Għawdex għall-edukaturi tal-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattivafor, nistgħu naraw diġà evidenza f’aktar effiċjenza fit-tagħlim fis-sens li , l-istudenti tejbu l-prestazzjonijiet tagħhom waqt li għolew l-aspettativi akkademiċi tagħhom, li komplew jassiguraw l-kontinwazzjoni fl-oqsma rispettivi tal-istudji tagħhom. Dan il-proġett qiegħed iżid il-koeżjoni soċjali, il-koeżistenza u l-parteċipazzjoni fil-kommunita` fl-attivitajiet edukattivi li jippermettu li jkomplu jingħataw opportunitajiet ta’ tagħlim ta’ kwalità` lill-istudenti kollha“.


EnlargeSEAS ‘Azzjonijiet Edukattivi ta’ Suċċess għal Kulħad’


Dan il-filmat (li ttieħed qabel il-Pandemija COVID-19) jagħti rendikont ħafif ta’ x’kien u x’qiegħed jiġri f’dan ir-rigward fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.