Invit għal Webinar: L-Artist bħala Disinjatur – Nesploraw il-Proċess Kreattiv f’ħolqien ta’ Filmat u tat-Teatru/Opera

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC) jistiednek sabiex tirreġistra bla ħlas permezz tal-link t’hawn taħt sabiex titgħallem kif l-istudji tal-mużika, tad-danza, tad-drama u tal-arti jistgħu jiġu applikati għad-dinja tax-xogħol. Dal-webinar għandu jkun ta’ interess għall-kwalunkwe individwu li jinteressa ruħu fil-proċess tat-tagħlim tal-arti kreattiva.


Il-link sabiex tirreġistraw huwa dan: The Artist as Designer: Exploring the Creative Process in Film and Theatre (office.com)


Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli għadu kif daħal għall-produzzjoni kbira tal-ewwel Opera-film Blat: The Island Fortress bil-Malti li qatt inġibed li qiegħed ikun megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. Dan il-webinar, fuq inizjattiva tal-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, qed jiġi ippreżentat bħala parti mill-proċess edukazzjonali u kreattiv li jwassal għall-produzzjoni ta’ dan l-Opera-Film:


Data | 31 ta’ Mejju 2021
Ħin | 17.30 – 19.00 Ħin lokali
Lokazzjoni | Microsoft Teams


Il-Programm

17.30 – 17.45 | | Introduzzjoni u l-Issettjar tal-Kuntest – Victor Galea, Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Produttur Eżekuttiv u Surmast Dr. Reuben Pace, Direttur Artistiku & Produttur


17.45 – 18.00 | Malta, Il-Moda u –Nofs tas-Seklu 20 – Glorian Sammut, Koordinatriċi Edukattiva ġewwa l-Iskola tal-Arti f’Malta KMAV, Wardrobe Mistress


18.00 – 18.15 | L-Arti, il-Kostum u t-Teatru/Film – Umberto Buttigieg, Kap tal-Iskola tal-Arti f’Malta KAVC Malta, Koordinatur Artistiku tal-produzzjoni Blat.


18.15 – 18.45 | Diskussjoni mill-membri tal-panel: Il-Karattri ta’ Produzzjoni: Proċess Kreattiv. Dorothy Castillo– Ħajjata tat-Teatru Manuel, Jackie Grima – Makeup Artist u Pierre Portelli – Artist u Disinjatur tas-Sett


18.45 – 19.00 | Mistoqsijiet & Tweġibiet & Konklużjoni