Ġewwa l-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ġiet ippreżentata taħdita li tgħaqqad l-arti u l-ispiritwalita`, mill-artist veteran u alumni Anthony Spagnol, nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru 2021. Spanjol enfasizza d-differenza bejn l-arti sagra u spiritwali, filwaqt li ffoka l-argument tiegħu fuq il-kunċett li l-ispiritwalita’ tinvolvi onesta’ ta’ emozzjonijiet u intenzjonijiet ta’ ideat.
Is-Sur Victor Galea, kap tan-Netwerk tl-kulleġġ, introduċa it-taħdita f’isem il-Kulleġġ Mikieal Anton Vassalli filwaqt li Dr Christian Attard, tutur tal-Art Appreciation fl-iskola, introduċa s-suġġett u lill-kelliem.
It-taħdita kienet segwita minn djalogu mal-istudent tal-Iskola tal-Arti f’Malta Pietru Farrugia, li esplora l-importanza tal-meditazzoni waqt il-proċessi kreattivi, il-kunċett ta’ tbatija waqt il-ħolqien u d-dimensjoni spiritwali tar-restawr , fost l-oħrajn.
It-taħdita onlajn kienet segwita minn numru konsiderevoli ta’ studenti u mistednin, li kellhom ukoll l-opportunita` li jistaqsu mistoqsija direttament lill-artist.
Tista’ terġa’ ssegwi t-taħdita permezz tal-link hawn taħt: