Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli qed jikkontribwixxi waqt dan iż-żmien tal-pandemija

Ninsabu sodisfatti li l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli wkoll qed jikkontribwixxi waqt dan iż-żmien tal-pandemija Covid-19 u mill-ġimgħa d-dieħla s-sala tal-iSkola tal-Mużika li tinsab fi Triq Ġuże Abela Scolaro Ħamrun ser tingħata lill-Awtoritajiet tas-Saħħa  għat-tliet xhur li ġejjin, ” qal il-Principal tal-Kullegg Victor Galea.


Bil-ħsieb li jkollna spazju biżżejjed għal tagħmir protettiv, din is-sala qed tigi preparata mill-ħaddiema tal-Kulleġġ biex mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla jkunu jistgħu  jinħażnu ġo fiha ammonti kbar ta’ apparat protettiv li se jiġi esportat lejn Malta sabiex jintuża waqt il-Pandemija tal-COVID.



L-iSkola tagħna u l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli nħossuna kburin li se nkunu qed nagħtu dan is-sehem żgħir fil-ġlieda tagħna kontra din il-pamdemija” żiedet Maria Blanco il-Kap tal-iSkola tal-Mużika fi ħdan il-Kullegg.

Sa minn meta ngħalqu l-bibien tal-Iskejjel fit-13 ta’ Marzu li għadda, l-għalliema kollha tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli żammew kuntatt regolari mal-istudenti li jattendu xi waħda mill-iskejjel speċjaliżżati ta’ dan il-Kulleġġ. Mhux biss,  iżda sa mill-ewwel jum dehret il-kreattivita` ta’ dawn l-għalliema li jaħdmu fis-settur tal-Arti Viżiva u Performattiva permezz ta’ tagħlim fil-Mużika, Drama, Arti u saħansitra d-Danza kollu b’mod virtwali.