“Fi ftit ġranet, id-dinja tagħna nqalbet ta’ taħt fuq, f’tebqa t’għajn! Id-dinja kif nafuha nbidlet. Imma anki f’dan iż-żmien mqalleb, il-mużika għandha l-funzjoni tagħha li tgħaqqadna flimkien.” (Shevaun Rooney, 14-il sena, Student tal-Vuċi)
Bejen mofs Marzu u l-aħħar ta’ Ġunju, il-lezzjonijiet fl-iskola tal-Mużika f’Malta f ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ħadet żvolta differenti għal kollox. L-għalliema u l-istudenti, bil-għajnuna tal-ġenituri, tal-kuratur tagħhom jew aħwa akbar minnhom, addattaw malajr mad-dinja l-ġdida ta’ tagħlin virtwali onlajn. L-istudenti kellhom lezzjonijiet live, jew inkella bagħtu recordings lill-għalliema tagħhom u ta’ kull ġimgħa rċevew feedback dwar il-progress tagħhom. Flimkien tħaddnu ma’ kull-sfida li ltaqgħu magħha u komplew jissieltu ’l-quddiem, jitgħallmu u jiżviluppaw bl-aħajr mod possibli skont dawn iċ-ċirkostanzi.
Kunċerti li sar minn kull klassi għaqqdetf limkien lil-għalliema , lill-istudenti u lill-familji tagħhom. Ħafna għalliema organizzaw kunċerti onlajn live, fi gruppi fuq pjattaforni ta’ medja soċjali. Uħud ħejjew filmat li għaqqdu flimkien dawn il-prestazzjonijiet individwali. L-entużjażmu u l-ingaġġ tal-istudenti ibbrilla fil-każi kollha.
Nifirħu mill-qalb lil kull wieħed u waħda minnkom l-istudenti li ħadtu sehem f’dawn il-kunċerti, u grazzi kbira lill-għalliema u l-akkomanjatisti dedikati li għamluha possibli sabiex dawn l-istudnti setgħu iwrettqu dawn il-prestazzjonijiet individwalment jew flimkien, matul dawn iż-żmenijiet diffiċli.