Kull sena Ottubru nfakkruh bħalha ‘Breast Cancer Awareness Month’, opportunita` sabiex jinxtered għarfien dwar il-marda li ta’ kull sena toqtol kważi 41,000 mara.
Matul ix-xahar t’Ottubru d-dwal fuq il-faċċata tal-Iskola tal-Arti Viżiva & Performattiva fi ħdan il-KMAV f’Għawdex inqalbu għal-lewn Roża.
L-għarfien dwar il-kanċer fis-sider huwa biss l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba. Billi wieħed jaħseb biex jilqa’ għall-marda hu l-aħjar mod kif wieħed jipproteġi lilu nnifsu mill-konsegwenzi li huma irriversibbli.