Ix-xena kulturali vibranti t’Għawdex ħadet il-ħajja matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Jannar, hekk kif kienet fiċ-ċentru tal-attenzjoni it-tielet edizzjoni tal-Gozo Arts Weekend. Din is-sena, l-attenzjoni kollha nxteħtet fuq l-artist rinomat Għawdxi, il-Kavallier Paolo Camilleri Cauchi. magħruf għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lill-knejjes lokali, isem il-Kav. Paolo Camilleri Cauchi huwa sinonimu max-xenarju artistiku għani ta’ Għawdex.
Bħala karatteristika speċjali tal-Gozo Arts Weekend ta’ din is-sena, l-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva f’Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli kellha rwol sinifikanti. Il-Ħadd 28 ta’ Jannar, studenti tal-arti mill-iskola tal-Arti, taħt il-gwida tas-Sur Denis Mompalao, waqqfu l-kavalletti tagħhom fiċ-Ċittadella fi Pjazza tal-Katidral fil-Belt Victoria. Il-qofol tal-ġurnata kienet l-interazzjoni tal-istudenti mal-Kav. Paolo Camilleri Cauchi, li b’ġenerożita qasam pariri u għarfien siewja.
Is-Sur. Vince Caruana, il-Kap tal-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva f’Għawdex, enfasiżża is-sinifikat ta’ avvenimenti bħal dawn għall-istudenti. Huwa saħaq, “Dawn l-avvenimenti iservu bħala pjattaforma siewja għall-istudenti tagħna, billi jipprovdulhom l-opportunita biex jinteraġixxu ma’ individwi li japprezzaw il-ħidmiet tagħhom. Barra min dan, li tiltaqa’ ma wieħed mill-artisti magħrufin Maltin, l-Kav’ Paolo Cammilleri Cauchi, toffri lill-istudenti tagħna esperjenza diretta ta’ eċċellenza artistika.”
Il-Gozo Arts Weekend jibqa’ jservi bħala ċelebrazzjoni ta’ kreattivita, billi trawwem konnessjonijiet bejn artisti stabbilti u talenti li jaspiraw, u jagħmilha ta’ obbligu għad-dilettanti tal-arti kif ukoll għall-komunita’ lokali li wieħed jattendi.
L-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva f’Għawdex fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli testendi r-radd ta’ ħajr tagħha lis-Sur. Paul Stellini, l-organizzatur ta’ dan l-avveniment, u lis-Sra. Maria Farrugia mill-Ministeru għal Għawdex għall-istedina ġentili tagħhom u għal din l-opportunita.