MAVC Siegħa għad-dinja

Ta’ kull sena, miljuni ta’ ċittadini minn madwar il-pjaneta jitfu d-dwal bejn it-20:30 u d-21:00 fl-aħħar Sibt ta’ Marzu, din it-tradizzjoni annwali magħrufa bħala “Siegħa għad-dinja”. L-għan ta’ din l-attivitahu li jinfirex għarfien dwar is-sostenibilita u t-tibdil fil-klima. Din is-sena din is-Siegħa għad-dinja nżammet nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu, 2021.


Dawl tal MAVC matul is-Siegħa għad-dinja

Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli Malta issieħeb f’din l-inizzjattiva u ngħaqad ma’ miljuni ta’ persuni minn madwar id-dinja u tefa d-dwal tal-faċċata tal-Uffiċju tal-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ ġewwa l-Ħamrun tiegħu nhar is-Sibt li għadda bejn it-20:30 u d-21:30, kif għamlu għadd ta’ binjiet governattivi oħra madwar il-gżejjer tagħna.

B’dan il-mod il-Kulleġġ tagħna kien qed jrui qbil mal-għarfien tal-kampanja ta’ għarfien ta’ din is-sena kif spjegat mill-Onorevoli Ministru Aaron Farrugia li nagħmluh: “Id-dmir kollettiv tagħna li nħarsu l-ambjent tagħna, meta sforz żgħir minn kulħadd jirriżulta f’benefiċċju kbir.”

B’dan il-mod il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ried jingħaqad ma’ pajjiżi oħra minn madwar id-dinja sabiex iqajjem kuxjenza dwar problemi li huma kawża minn konsum eċċessiv u mhux sostenibbli ta’ enerġija, li jġib miegħu ħafna impatt negattiv li jinkludu t-tniġġis tal-arja u ħela ta’ riżorsi naturali. Fuq kollox irridu nuru lill-istudenti tagħna, li jvarjaw minn dawk ta’ tlett snin sa dawk adulti, sabiex ilkoll jifhmu it-tema ta’ din is-sena li kienet “Tkellem Int għan-Natura”, filwaqt li nisħqu dwar il-ħtieġa li nkunu responsabbli għall-ambjent tagħna li fi ftit kliem kif imfisser mill-Onorevoli Ministru Farrugia: “hu wieħed mill-iktar mekkaniżmi b’saħħithom li permezz tiegħu l-bnedmin jistgħu jissieltu mal-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. Jekk ma nħarsux ’l-ambjent tagħna aħna, allura jfalli l-ekosistemi u dak kollu li jiddependu fuqu.